gov.mt

pr251306

PR251306

17/07/2025

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI Riżultat tal-ħruġ tat-62+ Savings Bond tal-Gvern ta’ Malta – Ħruġ 2025, maħruġ permezz ta’ offerta ta’ rollover

Id-Dipartiment tat-Teżor iħabbar ir-riżultat tal-Offerta tar-Rollover li tnidiet il-Ġimgħa l-20 ta' Ġunju 2025 permezz ta' Stqarrija għall-Istampa Nru PR251095, fejn detenturi eliġibbli tat-62+ MGSB – Ħruġ 2020 (Bond li ser jimmatura), kienu offruti l-opportunità sabiex iġeddu dan l-investiment fil-Bond il-Ġdid tat-62+ MGSB – Ħruġ 2025 (Bond Ġdid), fid-data tal-maturità tal-Bond.


Kien hemm 11,963 detentur, li b'kollox jammontaw għas-somma nominali ta' €86,911,100 li kienu eliġibbli li japparteċipaw f'din ir-rollover. Minn dan l-ammont, it-Teżor irċieva 7,720 applikazzjoni li b'kollox jammontaw għas-somma nominali ta' €55,710,000, mingħand detenturi li għażlu li jġeddu dan l-investiment li ser jimmatura, fil-Bond il-Ġdid tat-62+ MGSB – Ħruġ 2025. Id-data effettiva tat-tranżazzjoni ser tkun it-Tnejn, 21 ta' Lulju 2025.

Aktar tagħrif u informazzjoni jinsabu fir-Riżultati tal-Ħruġ tal-MGSB li ġew ippubblikati fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment tat-Teżor www.treasury.gov.mt.

​​