Il-Belt Valletta se tilqa’ l-mexxejja globali tal-industrija fl-aktar summit tat-turiżmu ewlieni fid-dinja
Il World Travel & Tourism Council (WTTC) ħabbar uffiċjalment li s 26 edizzjoni tas-Summit Globali tiegħu se jsir fil-Belt Valletta, fl 2026.
It-tħabbira saret waqt iċ ċerimonja tal għeluq tal edizzjoni ta’ din is sena, f’Ruma, it-Tlieta waranofsinhar. Is-Summit Globali tal WTTC huwa magħruf bħala l laqgħa ewlenija tal mexxejja globali tat turiżmu, fosthom ministri, esponenti ewlenin tal industrija, organizzazzjonijiet li jmexxu d destinazzjonijiet (DMOs) u l media internazzjonali.
Dan l-avveniment, li se jkun ospitat mill Ministeru għall Affarijiet Barranin u t Turiżmu u l Awtorità Maltija għat Turiżmu (MTA), se jkun l ikbar summit tat turiżmu li qatt sar fil Gżejjer Maltin. Fuq medda ta’ tlitt ijiem, is Summit se jlaqqa’ flimkien uffiċjali għolja mis settur pubbliku u privat, biex joħolqu kollaborazzjonijiet ġodda, jixprunaw investimenti sostenibbli, u jtennu l-irwol kruċjali tal ivjaġġar u t turiżmu fl ekonomija globali.
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall Affarijiet Barranin u t Turiżmu, Ian Borg, laqa’ din it-tħabbira bħala mument ta’ sodisfazzjon għall poplu f’Malta, li jikkonferma r rwol dejjem jikber tal pajjiż fl-għarfien u l-iżvilupp tal industrija tat turiżmu madwar id-dinja. “Hija opportunità unika biex nuru l wirt kulturali, l innovazzjoni, u l ospitalità tad destinazzjoni tagħna, biex inħeġġu lill-operaturi lokali jesploraw kollaborazzjonijiet ma’ ditti internazzjonali ewlenin f’dan il-qasam, filwaqt li npoġġu lil Malta fuq quddiem fid diskussjonijiet dwar is sostenibbiltà, l involviment tal komunità, u r reżiljenza fl iżvilupp tat turiżmu internazzjonali,” hu qal.
Dr Borg irringrazzja lill Ministeru għall Affarijiet Barranin u t Turiżmu u lill Awtorità Maltija għat Turiżmu għall-ħidma tagħhom f’din il-kisba.
L-aġent Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal WTTC, Gloria Guevara, qalet li “ninsabu kuntenti ferm li se nġibu s-Summit Globali tal WTTC fil-Belt Valletta, waħda mill isbaħ bliet kapitali fl Ewropa. Malta se tipprovdi sfond straordinarju fejn mexxejja minn madwar id dinja jistgħu jingħaqdu biex ifasslu l futur tal ivjaġġar u t-turiżmu. Din l industrija hija s-sinsla tal ekonomija Maltija. Il WTTC qed tbassar li din is-sena, it-turiżmu u l-ivvjaġġar f’Malta se jikkontribwixxi €3.6 biljun fl ekonomija, 43.5% aktar mill livelli ta’ qabel l 2019. Qed naraw ukoll li din l-industrija din is-sena se tkun qed tappoġġja wieħed minn kull ħames xogħlijiet f’Malta, b’żieda ta’ 18% fuq l 2019.”
Carlo Micallef, Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal Awtorità Maltija għat Turiżmu, innota li s-Summit Globali tal-WTTC fil-Belt Valletta huwa konferma b’saħħitha tar-rwol ta’ Malta fix-xena turistika dinjija. “Dan is Summit jirrifletti l impenn tal industrija tat turiżmu tagħna biex nirsistu għall-kwalità, inħaddnu r reżiljenza u mmexxu ’l quddiem b’viżjoni. Lil hinn mid-dħul immedjati ta’ summit bħal dan, is-Summit Globali se jikkonsolida wkoll ir reputazzjoni ta’ Malta bħala ċentru ta’ eċċellenza fit turiżmu, b’benefiċċji fit-tul għall industrija, għall ekonomija u għall poplu tagħna,” huwa qal.