gov.mt

pr252016

PR252016

13/11/2025

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI - ​​​​​​ Prezzijiet tal-MGSs b'Rata ta' Mgħax Fissa – Ħruġ Novembru 2025


 

B'referenza għall-Istqarrija nru. 251976 ta' nhar il-Ġimgħa, 7 ta' Novembru 2025, l-Accountant General javża li l-prezz għal kull Stock offrut għas-sottoskrizzjoni lill-membri tal-pubbliku ġie stabbilit kif ġej:

 

  1. 2.55% Stock tal-Gvern ta' Malta 2030 (V) bi prezz ta' €100.00 b'YTM ta' 2.5495%,

                li jġib rendiment ta' rata annwali ekwivalenti għal 2.5658%,
  2. 3.40% Stock tal-Gvern ta' Malta 2035 (IV) F.I. bi prezz ta' €100.00 b'YTM ta'

                3.3996%, li jġib rendiment ta' rata annwali ekwivalenti għal 3.4285%, u

    (iii)      3.80% Stock tal-Gvern ta' Malta 2040 (II) F.I. bi prezz ta' €100.00 b'YTM ta' 3.7997%, li jġib rendiment ta' rata annwali ekwivalenti għal 3.8358%.

     

    L-applikazzjonijiet jiftħu u jagħlqu fil-ħinijiet u d-dati kif jidher hawn taħt, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General:

     

    Applikazzjonijiet:

     
  1. mill-membri tal-pubbliku għall-ammont li ma jaqbiżx l-€499,900 kull persuna f'xi wieħed jew f'kull wieħed mit-tliet stocks jiftħu nhar it-Tnejn, 17 ta' Novembru 2025 fit-8.30 a.m., u jagħlqu fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa, 19 ta' Novembru 2025; u
  2. mill-investituri wholesale magħmulin f'offerti b'irkant jiftħu l-Ġimgħa, 21 ta' Novembru 2025 fit-8.30 a.m. u jagħlqu f'nofsinhar (CET) tal-istess ġurnata. L-ammonti ta' kull stock li jiġu allokati lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f'offerti b'irkant, jiġu mgħarrfa sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-irkant.

     

    Il-formoli tal-applikazzjoni jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-Membri kollha tal-Borża ta' Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta' Servizzi ta' Investiment. Formoli tal-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment tat-Teżor (https://treasury.gov.mt/servizzi/), mill-Ġimgħa, 14 ta' Novembru 2025.

     

    Aktar tagħrif dwar dawn l-istocks jinsab fiċ-Ċirkolari tal-Offerta maħruġa mid-Dipartiment tat-Teżor fis-7 ta' Novembru 2025.

     ​

​​