B'referenza għall-Istqarrija għall-Istampa Nr. 252079 ippubblikata fil-21 ta' Novembru 2025, id-Dipartiment tat-Teżor iħabbar ir-riżultati finali li jinkludu d-dettalji tas-sottoskrizzjonijiet minn investituri mhux professjonali (retail) u l-allokazzjoni f'kull stock.
F'dan il-ħruġ, it-Teżor irċieva s-somma totali nominali ta' €542,738,800 minn investituri mhux professjonali u l-investituri wholesale flimkien, waqt li l-ammont tal-ħruġ kien ta' €350,000,000 soġġett li s-somma tiżdied b'ammont addizzjonali sa massimu ta' €100,000,000.
Sottoskrizzjonijiet minn Investituri Mhux Professjonali
Sad-data tal-għeluq fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa d-19 ta' Novembru 2025, it-Teżor irċieva 3,134 applikazzjoni mill-membri tal-pubbliku fit-tlett Stocks tal-Gvern ta' Malta li kellhom valur nominali ta' €103,238,800. Kif tħabbar diġa, dawn l-applikazzjonijiet li saru taħt il-parti mhux kompetittiva tal-ħruġ bi prezz fiss imħabbar minn qabel, ġew aċċettati kollha.
It-dettalji tal-applikazzjonijiet milqugħa u l-ammont aċċettat f'kull stock hu kif jidher hawn taħt:
| Deskrizzjoni tal-istock | Numru ta' Applikazzjonijiet | Allokazzjoni Nominali (€) |
| 2.55% Stock tal-Gvern ta' Malta 2030 (V) bi prezz ta' €100.00 | 808 | 20,910,300 |
| | | |
| 3.40% Stock tal-Gvern ta' Malta 2035 (IV) F.I. bi prezz ta' €100.00 | 1,345 | 41,689,800 |
| 3.80% Stock tal-Gvern ta' Malta 2040 (II) F.I. bi prezz ta' €100.00 | 924 | 40,638,700 |
| | | |
| Total | 3,077 | 103,238,800 |
Irkant Kompetittiv – Wholesale Investors
Sad-data tal-għeluq f'nofsinhar tal-Ġimgħa, il-21 ta' Novembru 2025, it-Teżor irċieva 71 offerta minn investituri wholesale fit-tlett stocks b'valur nominali flimkien ta' €439,500,000 li ġew allokati kif ġej:
| | Offerti sottomessi fl-Irkant | | Allokazzjoni | |
| Deskrizzjoni tal-istock | Nr. | Ammont Nominali (€) | Nr. | Ammont Nominali (€) |
| 2.55% Stock tal-Gvern ta' Malta 2030 (V) | 30 | 157,500,000 | 23 | 106,000,000 |
| | | | | |
| 3.40% Stock tal-Gvern ta' Malta 2035 (IV) F.I. | 31 | 180,500,000 | 26 | 130,500,000 |
| 3.80% Stock tal-Gvern ta' Malta 2040 (II) F.I. | 10 | 101,500,000 | 8 | 86,500,000 |
| | | | | |
| Total | 71 | 439,500,000 | 57 | 323,000,000 |
Aktar tagħrif u informazzjoni jinsabu fir-Riżultati tal-Ħruġ tal-istock li ġew ippubblikati fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment tat-Teżor https://treasury.gov.mt/stock-tal-gvern-ta-malta/.