gov.mt

PR260117

PR260117

24/01/2026

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU


F’ittra li Roderick Galdes bagħat lill-Prim Ministru Robert Abela huwa infurmah bir-riżenja tiegħu minn Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli. 

Il-Prim Ministru aċċetta din ir-riżenja.

Roderick Galdes isostni li qed jirriżenja fl-isfond ta’ attakki kontrih u l-familja tiegħu u jaf li ma għamel xejn ħażin iżda ma jridx li b’xi mod itappan il-ħidma tal-Gvern b’risq il-poplu Malti u Għawdxi.

Huwa f’dawn iċ-ċirkostanzi biss li ħa d-deċiżjoni li jirriżenja mill-kariga ta’ Ministru u issa se jara li jkun f’pożizzjoni li jiddefendi l-integrità tiegħu u tal-familja u li l-verità kollha toħroġ.

L-ittra ta’ Roderick Galdes qed tiġi ppubblikata.