gov.mt

PR260326

PR260326

26/02/2026

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL


S
kont il-Kap 649 tal-Att dwar l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, u f'konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku bl-informazzjoni li rċeviet permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, (RASFF). Il-prodotti m'għandomx jiġu kkunsmati minħabba livelli għoljin ta' anthraquinone, Idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAHs), u Benżo(a)piren.

 

Anthraquinone huwa pestiċida użat għall-protezzjoni kontra l-insetti. L-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAHs), inkluż il-benżo(a)piren, huma kontaminanti ambjentali. It-tliet kontaminanti huma magħrufa għall-proprjetajiet karċinoġeniċi tagħhom.

 

Deskrizzjoni tal-prodott:Te tal-yerba mate (Pakett Abjad)PR260326a.png

Ditta:Elaborada   
Data ta' Skadenza:04-2028
Lott:0144
Piż:250g
 pr260326b.png

 

 

Deskrizzjoni tal-prodott:Te tal-yerba mate (Pakett Aħdar)pr260326c.png

Ditta:Elaborada   
Data ta' Skadenza:04-2028
Lott:0234
Piż:250g
 pr260326d.png

​ 

Il-konsumatur m'għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah lura minn fejn xtrah.

 

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025000, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn is-7:30 a.m. u s-2:30 p.m. jew jibgħat email fuq l-indirizz [email protected].