Id-Dipartiment tat-Teżor iħabbar ir-riżultati proviżorji tal-ħruġ tal-istock tal-Gvern ta' Malta ta' April 2026. It-Teżor irċieva s-somma nominali ta' madwar €893 miljun mill-investituri mhux professjonali u l-investituri wholesale flimkien, waqt li l-ammont tal-ħruġ kien ta' €300 miljun soġġett li s-somma tiżdied b'ammont addizzjonali sa massimu ta' €200 miljun.
B'konformità ma' Artikolu 9 taċ-Ċirkolari tal-Offerta ppublikata fl-10 ta' April 2026, it-Teżor ser jeżerċita d-dritt li jżid is-somma awtorizzata tal-ħruġ b'ammont addizzjonali sa massimu ta' €200 miljun oħra.
Sottoskrizzjonijiet minn Investituri Mhux Professjonali (Retail)
Sad-data tal-għeluq, fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa, t-22 ta' April 2026, il-valur nominali tal-applikazzjonijiet kollha magħmula minn investituri mhux professjonali (retail) fiż-żewġ stocks kien ta' madwar €209 miljun. Dawn l-applikazzjonijiet magħmula taħt il-parti mhux kompetittiva tal-ħruġ, bi prezz fiss għal kull stock imħabbar qabel il-ftuħ tal-applikazzjonijiet, intlaqgħu kollha.
Id-dettalji tal-allokazzjoni f'kull stock se jiġu ppublikati permezz ta' Stqarrija għall-Istampa u jittellgħu fuq is-sit elettroniku tat-Teżor wara t-tlestija tal-proċess ta' verifika tal-applikazzjonijiet mat-termini tal-Prospett Ġenerali u ċ-Ċirkolari tal-Offerta.
Sottoskrizzjonijiet minn Investituri Wholesale (Irkant Kompetittiv)
Sad-data tal-għeluq, f'nofsinhar tal-Ġimgħa l-24 ta' April 2026, it-Teżor irċieva 59 offerta minn investituri wholesale fiż-żewġ stocks b'valur nominali flimkien ta' €684 miljun li ġew allokati kif ġej:
| | Offerti sottomessi fl-Irkant | | Allokazzjoni | |
| Deskrizzjoni tal-istock | Nr. | Ammont Nominali (€) | Nr. | Ammont Nominali (€) |
| 3.80% Stock tal-Gvern ta' Malta 2036 (III) | 40 | 556,500,000 | 9 | 171,000,000 |
| | | | | |
| 4.10% Stock tal-Gvern ta' Malta 2041 (II) | 19 | 127,500,000 | 15* | 119,000,000 |
| Total | 59 | 684,000,000 | 24 | 290,000,000 |
* Parti biss mill-offerta mitfugħa bi prezz cut-off ġiet aċċettata.
Aktar tagħrif u informazzjoni jinsabu fir-Riżultati tal-Ħruġ tal-istock li ġew ippubblikat fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment tat-Teżor Riżultati Ħruġ Ta' Stock Tal-Gvern Ta' Malta - The Department.