B'referenza għall-Istqarrija għall-Istampa Nr. 260731 ippubblikata fl-24 ta' April 2026, id-Dipartiment tat-Teżor iħabbar ir-riżultati finali li jinkludu d-dettalji tas-sottoskrizzjonijiet minn investituri mhux professjonali (retail) u l-allokazzjoni f'kull stock.
F'dan il-ħruġ, it-Teżor irċieva s-somma totali nominali ta' €893,305,700 minn investituri mhux professjonali u l-investituri wholesale flimkien, waqt li l-ammont tal-ħruġ kien ta' €300,000,000 soġġett li s-somma tiżdied b'ammont addizzjonali sa massimu ta' €200,000,000.
Sottoskrizzjonijiet minn investituri mhux professjonali
Sad-data tal-għeluq fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa t-22 ta' April 2026, it-Teżor irċieva 5,189 applikazzjoni mill-membri tal-pubbliku fiż-żewġ Stocks tal-Gvern ta' Malta li kellhom valur nominali ta' €209,305,700. Kif tħabbar diġà, dawn l-applikazzjonijiet li saru taħt il-parti mhux kompetittiva tal-ħruġ bi prezz fiss imħabbar minn qabel, ġew aċċettati kollha.
Id-dettalji tal-applikazzjonijiet milqugħa u l-ammont aċċettat f'kull stock hu kif jidher hawn taħt:
| Deskrizzjoni tal-istock | Numru ta' Applikazzjonijiet | Allokazzjoni Nominali (€) |
| 3.80% Stock tal-Gvern ta' Malta 2036 (III) bi prezz ta' €100.00 | 2,652 | 99,334,900 |
| | | |
| 4.10% Stock tal-Gvern ta' Malta 2041 (II) bi prezz ta' €100.00 | 2,537 | 109,970,800 |
| | | |
| Total | 5,189 | 209,305,700 |
Irkant Kompetittiv – Wholesale Investors
Sad-data tal-għeluq f'nofsinhar tal-Ġimgħa, l-24 ta' April 2026, it-Teżor irċieva 59 offerta minn investituri wholesale fiż-żewġ stocks b'valur nominali flimkien ta' €684,000,000 li ġew allokati kif ġej:
| | Offerti sottomessi fl-Irkant | | Allokazzjoni | |
| Deskrizzjoni tal-istock | Nr. | Ammont Nominali (€) | Nr. | Ammont Nominali (€) |
| 3.80% Stock tal-Gvern ta' Malta 2036 (III) | 40 | 556,500,000 | 9* | 171,000,000 |
| | | | | |
| 4.10% Stock tal-Gvern ta' Malta 2041 (II) | 19 | 127,500,000 | 15 | 119,000,000 |
| | | | | |
| Total | 59 | 684,000,000 | 24 | 290,000,000 |
*Parti biss mill-offerta mitfugħa bi prezz cut-off ġiet aċċettata.
Aktar tagħrif u informazzjoni jinsabu fir-Riżultati tal-Ħruġ tal-istock li ġew ippubblikati fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment tat-Teżor Ħruġ ta' Stock tal-Gvern ta' Malta – April 2026 - The Department