Il-Ministeru jinforma lill-ġenituri, l-edukaturi, l-amministrazzjonijiet tal-iskejjel u l-partijiet kollha konċernati li nhar it-Tnejn, 1 ta' Ġunju, l-iskejjel kollha se joperaw b'mod normali u l-ġurnata skolastika se ssir kif skedat.
Il-Ministeru jenfasizza li fl-ebda ħin ma informa lill-iskejjel jew lill-fornituri tas-servizz tat-trasport tal-iskejjel li s-servizz kellu jiġi sospiż jew mibdul. Għalhekk il-fornituri kollha tas-servizz tat-trasport huma mistennija jkomplu jipprovdu s-servizzi kollha meħtieġa skont l-obbligi kuntrattwali tagħhom.
Il-ġenituri u l-istudenti huma mħeġġa jsegwu l-arranġamenti normali tal-iskola u tat-trasport għall-ġurnata tat-Tnejn.
Il-Ministeru jirringrazzja lill-partijiet kollha għall-koperazzjoni tagħhom.