gov.mt

PR261055

PR261055

23/06/2026

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI


B'referenza għall-istqarrija numru PR261030, datata 18/06/2026 u skont id-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq javża li wara li ttieħdu diversi kampjuni tal-ilma baħar tul dawn l-aħħar jiem, iż-żona tal-għawm fis-sit indikat hija mill-ġdid tajba għall-għawm u għalhekk l-avviż biex ma jsirx għawm f'din iż-żona qed jiġi rtirat.

 

Kodiċi tas-sit:B08
Lokalità:Il-Bajja tal-Balluta San Ġiljan, in-naħa tax-xellug

 

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lid-Direttorat għas- Saħħa Ambjentali fuq numru tat-telefown – 20954992 mit-8:00 a.m. sas-2:30 p.m. jew jibgħat email fuq [email protected]. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt jew EHD Bathing Portal on https://mfh-mt.maps.arcgis.com/apps/dashboards/31f48638f89c4d60bd6143818a46a2c7 għal informazzjoni simili.