B’referenza għall-Istqarrija nru. 261205 ta’ nhar il-Ġimgħa, 17 ta’ Lulju 2026, l-Accountant General javża li l-prezz għal kull Stock offrut għas-sottoskrizzjoni lill-membri tal-pubbliku ġie stabbilit kif ġej:
(i) 3.80% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2036 (IV) bi prezz ta’ €100.00 b’YTM ta’ 3.7997%, li jġib rendiment ta’ rata annwali ekwivalenti għal 3.8358%; u
(ii) 4.25% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2046 (II) bi prezz ta’ €100.00 b’YTM ta’ 4.2497%, li jġib rendiment ta’ rata annwali ekwivalenti għal 4.2949%.
L-applikazzjonijiet jiftħu u jagħlqu fil-ħinijiet u d-dati kif jidher hawn taħt, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General:
Applikazzjonijiet:
(i) mill-membri tal-pubbliku għall-ammont li ma jaqbiżx l-€499,900 kull persuna f’xi wieħed jew f’kull wieħed miż-żewġ stocks jiftħu nhar it-Tnejn, 27 ta’ Lulju 2026 fit-8.30 a.m., u jagħlqu fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa, 29 ta’ Lulju 2026; u
(ii) mill-investituri wholesale magħmulin f’offerti b’irkant jiftħu l-Ġimgħa, 31 ta’ Lulju 2026 fit-8.30 a.m. u jagħlqu f’nofsinhar (CET) tal-istess ġurnata. L-ammonti ta’ kull stock li jiġu allokati lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f’offerti bi rkant, jiġu mgħarrfa sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-irkant.
Il-formoli tal-applikazzjoni jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-Membri kollha tal-Borża ta’ Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta’ Servizzi ta’ Investiment. Formoli tal-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment tat-Teżor (https://treasury.gov.mt/servizzi/), mill-Ġimgħa, 24 ta’ Lulju 2026.
Aktar tagħrif dwar dawn l-istocks jinsab fiċ-Ċirkolari tal-Offerta maħruġa mid-Dipartiment tat-Teżor fis-17 ta’ Lulju 2026.