gov.mt

PR261289

PR261289

31/07/2026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI Riżultati proviżorji u allokazzjoni tal-Ħruġ tal-Istock tal-Gvern ta’ Malta – Awwissu 2026


Id-Dipartiment tat-Teżor iħabbar ir-riżultati proviżorji tal-ħruġ tal-istock tal-Gvern ta’ Malta ta’ Awwissu 2026. It-Teżor irċieva s-somma nominali ta’ madwar €852 miljun mill-investituri mhux professjonali u l-investituri wholesale flimkien, waqt li l-ammont tal-ħruġ kien ta’ €300 miljun soġġett li s-somma tiżdied b’ammont addizzjonali sa massimu ta’ €200 miljun. 

B’konformità ma’ Artikolu 9 taċ-Ċirkolari tal-Offerta ppubblikata fis-17 ta’ Lulju 2026, it-Teżor ser jeżerċita d-dritt li jżid is-somma awtorizzata tal-ħruġ b’ammont addizzjonali sa massimu ta’ €200 miljun oħra.

Sottoskrizzjonijiet minn Investituri Mhux Professjonali (Retail) 

Sad-data tal-għeluq, fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa, d-29 ta’ Lulju 2026, il-valur nominali tal-applikazzjonijiet kollha magħmula minn investituri mhux professjonali (retail) fiż-żewġ stocks kien ta’ madwar €162 miljun. Dawn l-applikazzjonijiet magħmula taħt il-parti mhux kompetittiva tal-ħruġ, bi prezz fiss għal kull stock imħabbar qabel il-ftuħ tal-applikazzjonijiet, intlaqgħu kollha. 

Id-dettalji tal-allokazzjoni f’kull stock se jiġu ppubblikati permezz ta’ Stqarrija għall-Istampa u jittellgħu fuq is-sit elettroniku tat-Teżor wara t-tlestija tal-proċess ta’ verifika tal-applikazzjonijiet mat-termini tal-Prospett Ġenerali u ċ-Ċirkolari tal-Offerta. 

Sottoskrizzjonijiet minn Investituri Wholesale (Irkant Kompetittiv)
  
Sad-data tal-għeluq, f’nofsinhar tal-Ġimgħa l-31 ta’ Lulju 2026, it-Teżor irċieva 41 offerta minn investituri wholesale fiż-żewġ stocks b’valur nominali flimkien ta’ €689.5 miljun li ġew allokati kif ġej:  

 Offerti sottomessi fl-IrkantAllokazzjoni
Deskrizzjoni tal-istockNr.Ammont Nominali (€)Nr.Ammont Nominali (€)
3.80% Stock tal-Gvern ta' Malta 2036 (IV)29506,500,0009*155,500,000
     
4.25% Stock tal-Gvern ta' Malta 2046 (II) 12183,000,00010 181,500,000

 

Total41689,500,00019337,000,000​



Offerti sottomessi fl-Irkant Allokazzjoni
Deskrizzjoni tal-istock Nr. Ammont Nominali (€) Nr. Ammont Nominali (€)
3.80% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2036 (IV) 29 506,500,000 9* 155,500,000
4.25% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2046 (II) 12 183,000,000 10 181,500,000

Total 41 689,500,000 19 337,000,000




* Parti biss mill-offerta mitfugħa bi prezz cut-off ġiet aċċettata.

Aktar tagħrif u informazzjoni jinsabu fir-Riżultati tal-Ħruġ tal-istock li ġew ippubblikati fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment tat-Teżor Riżultati Ħruġ Ta' Stock Tal-Gvern Ta' Malta - The Department