gov.mt

pr261323

PR261323

07/08/2026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI

Riżultati finali u allokazzjoni ta' sottoskrizzjonijiet minn investituri mhux professjonali - Stock tal-Gvern ta' Malta – Awwissu 2026

B'referenza għall-Istqarrija għall-Istampa Nr. 261289 ippubblikata fil-31 ta' Lulju 2026, id-Dipartiment tat-Teżor iħabbar ir-riżultati finali li jinkludu d-dettalji tas-sottoskrizzjonijiet minn investituri mhux professjonali (retail) u l-allokazzjoni f'kull stock.

F'dan il-ħruġ, it-Teżor irċieva s-somma totali nominali ta' €852,241,700 minn investituri mhux professjonali u l-investituri wholesale flimkien, waqt li l-ammont tal-ħruġ kien ta' €300,000,000 soġġett li s-somma tiżdied b'ammont addizzjonali sa massimu ta' €200,000,000.

Sottoskrizzjonijiet minn Investituri Mhux Professjonali

Sad-data tal-għeluq fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa d-29 ta' Lulju 2026, it-Teżor irċieva 4,204 applikazzjoni mill-membri tal-pubbliku fiż-żewġ Stocks tal-Gvern ta' Malta li kellhom valur nominali ta' €162,741,700. Kif tħabbar diġa, dawn l-applikazzjonijiet li saru taħt il-parti mhux kompetittiva tal-ħruġ bi prezz fiss imħabbar minn qabel, ġew aċċettati kollha.

It-dettalji tal-applikazzjonijiet milqugħa u l-ammont aċċettat f'kull stock hu kif jidher hawn taħt:

Deskrizzjoni tal-istockNumru ta' ApplikazzjonijietAllokazzjoni Nominali (€)
3.80% Stock tal-Gvern ta' Malta 2036 (IV) bi prezz ta' €100.00 2,70799,196,200
   
4.25% Stock tal-Gvern ta' Malta 2046 (II) bi prezz ta' €100.001,49763,545,500
   
Total 4,204162,741,700

Irkant Kompetittiv – Wholesale Investors

Sad-data tal-għeluq f'nofsinhar tal-Ġimgħa, l-31 ta' Lulju 2026, it-Teżor irċieva 41 offerta minn investituri wholesale fiż-żewġ stocks b'valur nominali flimkien ta' €689,500,000 li ġew allokati kif ġej: 

 Offerti sottomessi fl-IrkantAllokazzjoni
Deskrizzjoni tal-istockNr.Ammont Nominali (€)Nr.Ammont Nominali (€)
3.80% Stock tal-Gvern ta' Malta 2036 (IV)29506,500,0009*155,500,000
     
4.25% Stock tal-Gvern ta' Malta 2046 (II) 12183,000,00010181,500,000
     
Total 41689,500,00019337,000,000

*Parti biss mill-offerta' mitfugħa bi prezz cut-off ġiet aċċettata.

Aktar tagħrif u informazzjoni jinsabu fir-Riżultati tal-Ħruġ tal-istock li ġew ippubblikati fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment tat-Teżor Riżultati Ħruġ Ta' Stock Tal-Gvern Ta' Malta - The Department