gov.mt

pr261372

PR261372

25/08/2026

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

Skont il-Kap 649 tal-Att dwar l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, u f'konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċeviet mingħand l-operatur involut, il-prodott imsemmi m'għandux jiġi kkunsmat minħabba  l-possibbiltà tal-preżenza ta' 'Bacillus Cereus'.

 

'Bacillus Cereus' huwa mikrobu li jista' jipproduċi tossini li jistgħu jikkawżaw avvelenament mill-ikel, inklużi rimettar u dijarea.

 

Deskrizzjoni tal-Prodott:

Budino Proteico

Gusto Cioccolato

 





Ditta:Milbona
Użin:200g
EAN: 4056489216162
Data tad-durabbiltà:14/09/26

 pr261372a.png  pr261372b.png

Il-konsumatur m'għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah minn fejn xtrah.

 

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025000, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00 ta' filgħodu u t-3:00 ta' waranofsinhar, jew jibgħat email fuq l-indirizz [email protected].