gov.mt

PR261417

PR261417

03/09/2026

STQARRIJA MILL-GVERN TA' MALTA


​Il-Gvern jinnota s-sentenza mogħtija mill-Qorti Kriminali presjeduta mill-Imħallef Edwina Grima, wara l-verdett tal-ġurati fil-proċess kriminali dwar l-omiċidju tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia.

 

Il-Gvern jieħu nota tad-deċiżjoni tal-Qorti fl-istess sentenza sabiex kopja tax-xiehda mogħtija fil-ġuri tidħol f'żewġ inkjesti mmexxija mill-Maġistrati Inkwirenti, u dik tan-notifika lill-Kummissarju tal-Pulizija tal-istess xiehda sabiex jara jekk hemmx terzi li jistgħu jkunu passibbli għal xi proċeduri kriminali.

 

Il-Gvern jirrijafferma l-impenn tiegħu li jkompli joffri r-riżorsi sħaħ meħtieġa sabiex l-istituzzjonijiet kollha jwettqu l-funzjonijiet sħaħ tagħhom.

 

Bħalma għamel il-bieraħ, il-Gvern jerġa' jsejjaħ għall-prudenza u kawtela fil-kuntest tas-sentenza mogħtija, anke għall-fatt li għad hemm terminu partikolari li qed jiddekorri marbut mal-proċess kriminali tal-ġuri, u dak imsemmi mill-Qorti fis-sentenza tagħha.

 

F'dan il-kuntest, ħadd ma għandu jippreġudika proċessi ġudizzjarji jew investigattivi.

 

Il-Gvern jibqa' impenjat li jara li l-ġustizzja titwettaq mill-istituzzjonijiet ta' pajjiżna b'rispett sħiħ lejn is-saltna tad-dritt.