Dr Charlton Falzon Cascun huwa l-Kap Eżekuttiv il-ġdid tal-LESA. Huwa beda l-funzjonijiet tiegħu mil-lum 9 ta' Settembru 2026. Dr Falzon Cascun għandu esperjenza fil-korpi dixxiplinati billi serva kemm fl-Armata u anke fil-Pulizija għal bosta snin, kemm bħala uffiċjal u anke bħala avukat.
Il-Ministru Glenn Bedingfield awgura lil Dr Falzon Cascun f'din il-kariga tiegħu u rringrazzja lil Svetlick Flores, li fis-snin li għaddew kien jokkupa l-kariga ta' Kap Eżekuttiv tal-LESA.