Skont il-Kap. 649 tal-Att dwar l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, u f'konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċeviet mingħand l-operatur involut, il-prodott imsemmi m'għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li potenzjalment fih livelli eċċessivi ta' Tropane alkaloids (Atropine u Scopolamine).
Tropane alkaloids huma grupp ta' sustanzi kimiċi li huma responsabbli għall-effetti tossiċi naturali ta' ċerti pjanti. Il-konsum ta' dawn il-kimiċi f'ammont eċċessiv jista' jkun tossiku għall-bniedem u għall-annimali.
| Deskrizzjoni tal-Prodott: | “Mais Per Pop Corn"
|  ![]()
|  ![]()
|
| Ditta: | Fior di Loto | | |
| Użin: | 400g | | |
| Numru tal-Lott: | L60183 | | |
| Dati tad-durabbiltà: | 18/06/2028 27/03/2028 | |
|
Il-konsumatur m'għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah minn fejn xtrah.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefon +356 26025000, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00 ta' filgħodu u t-3:00 ta' waranofsinhar, jew jibgħat email fuq l-indirizz [email protected].