gov.mt

PR261548

PR261548

25/09/2026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI Ħruġ Ġdid ta’ Stock tal-Gvern ta’ Malta b’Rata ta’ Mgħax Fissa – Ottubru 2026


​L-Accountant General qiegħed iħabbar il-ħruġ ta' Stock tal-Gvern ta' Malta ta' tliet mitt miljun Ewro (€300,000,000) f'xi wieħed jew f'kull wieħed minn dawn iż-żewġ stocks imsemmija aktar 'l isfel:-

 

  1. 4.30% Stock tal-Gvern ta' Malta 2037 (II); u

     
  2. 4.50% Stock tal-Gvern ta' Malta 2041 (III)

     

    Is-somma li għandha tinġabar tista' tiżdied b'ammont addizzjonali sa massimu ta' mitejn miljun Ewro (€200,000,000) oħra f'każ li d-domanda tkun aktar mill-ammont offrut.

     

    Membri tal-pubbliku li huma nteressati li jinvestu, jistgħu japplikaw għall-ammont sa massimu ta' erba' mija disgħa u disgħin elf u disa' mitt Ewro (€499,900) kull persuna f'xi wieħed jew f'kull wieħed miż-żewġ stocks. L-applikazzjonijiet jistgħu jsiru minn persuna waħda jew flimkien ma' persuna jew persuni oħra.  L-applikazzjonijiet għall-membri tal-pubbliku jintlaqgħu minn nhar it-Tnejn, 5 ta' Ottubru 2026 fit-8.30 a.m. u jagħlqu fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa, 7 ta' Ottubru 2026 jew aktar kmieni, fid-diskrezzjoni tal-Accountant General.

     

    Applikazzjonijiet mingħand investituri wholesale magħmulin f'offerti b'irkant jiftħu il-Ġimgħa, 9 ta' Ottubru 2026 fit-8.30 a.m. u jagħlqu  12.00 pm (f'nofsinhar – ħin lokali) tal-istess ġurnata, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General.

     

    L-Accountant General ser ikun qed iħabbar il-prezz ta' kull stock li qegħdin jiġu offruti għas-sottoskrizzjoni lill-membri tal-pubbliku nhar il-Ħamis, 1 ta' Ottubru 2026.  Dawn il-prezzijiet ser jiġu ppubblikati permezz ta' stqarrija maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI).

     

    Ir-riżultat tal-allokazzjoni ta' kull stock li jiġi allokat lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f'offerti b'irkant, jiġi mgħarraf sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-irkant.

     

    Il-formoli tal-applikazzjonijiet tal-membri tal-pubbliku jistgħu jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-membri kollha tal-Borża ta' Malta u fornituri oħra awtorizzati ta' servizzi ta' investiment. Formoli tal-applikazzjonijiet jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor (https://treasury.gov.mt/servizzi/) minn nhar il-Ġimgħa, 2 ta' Ottubru 2026.  

     

    Aktar tagħrif dwar dawn l-istocks jinsab fiċ-Ċirkolari tal-Offerta li tista' titniżżel minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor minn nhar il-Ġimgħa, 25 ta' Settembru 2026.

     ​

​