gov.mt

pr261703

PR261703

13/10/2026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI Riżultat tal-ħruġ tas-62+ Savings Bond tal-Gvern ta’ Malta – Ħruġ 2026

Maħruġ permezz ta' offerta ta' rollover

 

Id-Dipartiment tat-Teżor iħabbar ir-riżultati tal-offerta ta' Rollover li tnediet nhar il-Ġimgħa, 18 ta' Settembru 2026, permezz ta' Stqarrija għall-Istampa Nru PR261510

 

Detenturi eliġibbli tat-62+ MGSB – Ħarġa 2021 (Bond li jimmatura) ġew offruti l-opportunità li jerġgħu jinvestu l-ammont sħeħ fis-62+ MGSB – Ħarġa 2026 (Bond ġdid), nhar il-15 ta' Ottubru 2026, id-data ta' maturità tal-Bond li jimmatura.

 

 

 Nru ta' DetenturiAmmont Nominali
Disponibbli għal Rollover14,419€92,551,700
Eliġibbli għal Rollover14,217€91,259,800
Għażlu Rollover10,527€67,222,700
Għażlu Fidi3,690€24,037,100

 

Id-data effettiva tat-tranżazzjoni se tkun il-Ħamis, 15 ta' Ottubru 2026.

 

Aktar informazzjoni tinsab fir-riżultati tal-ħruġ tal-MGSB ippubblikati fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment tat-Teżor https://treasury.gov.mt/.​

​