No

Il-Gżejjer Maltin

​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​Bil-pożizzjoni strateġika tagħhom fiċ-ċentru tal-Mediterran, il-Gżejjer Maltin jispikkaw fost l-aqwa postijiet fir-reġjun Mediterran, u dan minħabba l-kultura tant imżewqa tagħhom, l-istorja rikka, l-attrazzjonijiet varji, u fl-aħħar u ċertament mhux l-inqas, il-poplu Malti akkoljenti u ġeneruż.

L-arċipelagu Malti jikkonsisti fi tliet gżejjer - Malta, Għawdex u Kemmuna - mifruxa fuq spazju ta’ 316 km2 biss. Għalhekk il-Gżejjer Maltin huma wieħed mill-iżgħar stati fid-dinja iżda wkoll wieħed mill-pajjiżi bl-akbar densità. Fil-fatt il-popolazzjoni Maltija tammonta għal iktar minn 470,000 resident. Hemm 67 kunsill lokali li minnhom 53 jinsabu Malta u 14 f’Għawdex. Il-Gżejjer Maltin jinsabu fir-rotta bejn l-Afrika u l-Ewropa, eżattament 93 km fin-Nofsinhar ta’ Sqallija u 288 km fit-Tramuntana tal-Libja.

Malta hija l-ikbar mit-tliet Gżejjer u fiha hija kkonċentrata l-attività kulturali, kummerċjali u amministrattiva. Warajha bħala daqs hemm Għawdex fejn l-ambjent huwa iktar rurali; wieħed jista’ jirrilissa f’ambjent ta’ kampanja u ħdura mingħajr ħafna bini u traffiku. Imbagħad hemm Kemmuna fejn tista’ tgħid ma jgħixux nies. Ħafna jiddeċiedu li jmorru xi mawra ta’ ġurnata jew mixja fit-tul fuq din il-gżira żgħira. 

Il-Gżejjer Maltin jattiraw ħafna viżitaturi minħabba l-klima tipika Mediterranja tagħhom, karatterizzata minn sajf sħun u xitwa moderata. It-turisti jistgħu jgawdu wkoll id-diversi bajjiet u l-postijiet ta’ divertiment u n-nightlife pjuttost ħajja flimkien mal-istorja twila u mqanqla tal-Gżejjer Maltin li tmur lura 7,000 sena.


ĦARSA ĠENERALI LEJN IL-GŻEJJER MALTIN


Belt KapitaliValletta​
Popolazzjoni514,564 (sa'​ 2019)
​Daqs​316 km2
​Lingwa​Malti u Ingliż (it-tnejn li huma huma lingwi uffiċjali)​
Reliġjon​Kattolika
​Munita​Ewro
Elettriku​230 Volts, 50Hz. Plakek  kwadri bi tliet pinnijiet bħal tar-Renju Unit ​
Prefiss Telefoniku​+356
​Żona tal-Ħin​GMT +1
​Tip ta’ Gvern        ​Repubblika
Innu Nazzjonali            L-Innu Malti, ​kitba ta’ Dun Karm Psaila ​u mużika ta’ Robert Sammut​
Simbolu Nazzjonali      ​Is-Salib ta' Malta​
Rikonoxximent Nazzjonali     Ġieħ ir-Repubblika, Midalja għall-Qadi tar-Repubblika​​​​
Il-bandiera maltija
 


Il-Bandiera Maltija hija maqsuma vertikalment f’żewġ nofsijiet, wieħed abjad u l-ieħor aħmar, bil-George Cross fir-rokna ta’ fuq man-naħa tal-arblu. Jingħad li dawn il-kuluri jmorru lura għall-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann. Il-George Cross ingħata lill-abitanti tal-gżejjer Maltin mir-Re Ġorg VI tar-Renju Unit bħala rikonoxximent tal-qlubija u l-kuraġġ tagħhom matul it-Tieni Gwerra Dinjija. ​
 

BTAJJEL UFFIĊJALI F’MALTA​

      ​
​L-Ewwel tas-Sena​In-Nawfraġju ta’ San Pawl               ​​​​​San Ġużepp
Jum il-Ħelsien​Il-Ġimgħa l-KbiraJum il-Ħaddiem​
Sette Giugno​L-Imnarja​Santa Marija​​​
Jum il-Vittorja    ​Jum l-​​Indipendenza Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni​
​Jum ir-Repubblika                        ​​Il-Milied​
Għal aktar informazzjoni dwar il-ġranet tal-Festi Pubbliċi, ikklikkja​​​ hawn​​.
 
​​​​​​