Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

Temporary-Access-Card-info-page

Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI): Access Card Temporanja għall-Midja

Ħarsa ġenerali​
Access Card temporanja għall-midja hija valida għal mhux aktar minn 3 xhur jew tintemm mas-sena kalendarja, skont liema tiġi l-ewwel. Wara l-applikant ikollu jippreżenta ittra/i ta' referenza mill-istabbilimenti tal-midja fejn jaħdem u hekk ikun jista' japplika għall-access card mid-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI). Din l-access card temporanja tal-midja ma tistax tiġi mġedda għal aktar minn perjodu ta' 3 xhur u tinħareġ darba biss.

X’se tingħata
Membri tal-midja barranija u freelancers/applikanti ġodda jingħataw access card temporanja valida għal 3 xhur.

Eliġibbiltà​​
i) Membri tal-midja barranija li jżuru Malta fuq dmirijiet ġurnalisitċi.
ii) Freelancers/applikanti ġodda.

Kif tapplika​
Imla l-formola onlajn​ u ibgħatha.

Dokumenti meħtieġa:

i) Ittra ta' referenza minn editur irreġistrat jew kap ta' organizzazzjoni tal-midja.
ii) 2 ritratti daqs tal-passaport (jew f'format jpeg bl-imejl).
iii) Press card valida (membri tal-midja barranija li jżuru Malta fuq dmirijiet ġurnalistiċi biss).