Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

tv-radio-editor-info-page

Reġistrazzjoni bħala Editur ta' Stazzjon tat-Televiżjoni u/jew tar-Radju

Ħarsa ġenerali​
It-Taqsima tar-Reġistru tal-Istampa tinsab ġewwa d-Dipartiment tal-Informazzjoni u żżomm u taġġorna r-reġistru tal-gazzetti skont l-Att dwar l-Istampa.

Edituri ta' servizzi tax-xandir għandhom l-istess dmirijiet u obbligi skont l-Att dwar l-Istampa bħalma għandhom l-edituri ta' gazzetti.

Edituri ta' stazzjonijiet tat-televiżjoni/tar-radju għandhom fi żmien għaxart ijiem milli jsiru edituri, jimlew il-formola tal-applikazzjoni u jgħadduha lir-Reġistru tal-Istampa waqt li jiddikjaraw l-informazzjoni personali u d-dettalji tal-istazzjonijiet rispettivi. L-editur għandu jżomm lir-Reġistru tal-Istampa informat bil-post tar-residenza tiegħu u għandu jikkomunika lir-Reġistratur b'kull bidla fil-post ta' residenza tiegħu fi żmien għaxart ijiem mill-bidla. L-edituri għandhom ukoll iżommu lir-Reġistru tal-Istampa informat jekk humiex disponibbli, billi jagħtu d-dettalji tal-persuna li se tagħmilha ta' bħala aġent editur waqt l-assenza tagħhom, waqt li jispeċifikaw id-dati.

X’se tingħata
L-informazzjoni tiġi aġġornata fir-Reġistru tal-Istampa.

Eliġibbiltà​​
Kull min hu residenti f'Malta u li għalaq it-18-il sena.

Kif tapplika​
Imla l-formola onlajn​ u ibgħatha.

Dettalji meħtieġa:
i) Kopja tal-karta tal-identità