TALBIET
Talbiet għal informazzjoni jistgħu jintbagħtu lil kwalunkwe persuna minn dawn li ġejjin:
Ms Claire Xuereb
Uffiċjal Prinċipali dwar il-Libertà tal-Informazzjoni
Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni u tal-Uffiċjal dwar il-Libertà tal-Informazzjoni, Uffiċċju tal-Prim Ministru
Tel: 22001013
Email: [email protected]
Ms Joanne Falzon
Uffiċjal Alternattiv dwar il-Libertà tal-Informazzjoni,
Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni u tal-Uffiċjal Alternattiv dwar il-Libertà tal-Informazzjoni, Uffiċċju tal-Prim Ministru
Tel: 22001013
Email: [email protected]
Ħinijiet tal-Uffiċċju: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa 7:45am – 5:15pm (fix-Xitwa); 7:30am – 1.30pm (fis-Sajf).
Jista' jintalab ħlas meta tingħata l-informazzjoni.
FORMOLI U INFORMAZZJONI
Agħafas hawn biex taċċessa d-dokumenti rilevanti u hawn għal iktar tagħrif.
STRUTTURA
Il-funzjoni ewlenija tad-Dipartiment tal-Informazzjoni huwa li jippprovdi kollegament bejn il-Gvern u l-pubbliku u jipprovdi dawn is-servizzi:
SERVIZZI ELETTRONIĊI
Id-Dipartiment jieħu ħsieb il-Malta Government Portal (www.gov.mt), l-Intranet għas-Servizz Pubbliku u l-paġni uffiċjali fuq networks tal-media soċjali.
SERVIZZ INFORMAZZJONI TAL-GVERN
Is-Servizz Informazzjoni tal-Gvern jipprovdi lill-membri tal-pubbliku informazzjoni u materjal dwar is-servizzi u l-attivitajiet tal-Gvern. Is-Servizz Informazzjoni tal-Gvern huwa disponibbli permezz tal-e-mail fuq [email protected]. Is-Servizz Informazzjoni tal-Gvern jilqa' lill-membri tal-pubbliku li jżuru l-uffiċċju tal-Customer Care f'numru 3, Pjazza Kastilja, il-Belt Valletta, biex jiksbu informazzjoni kif ukoll jiġbru letteratura u dokumenti oħra ppubblikati dwar is-servizzi u l-attivitajiet tal-Gvern.
MEDIA MONITORING UNIT
Din it-taqsima timmonitorja l-aktar kwistjonijiet reċenti fl-oqsma politiċi, ekonomiċi u soċjali, kif irrappurtati fil-media stampata lokali. Il-media monitorjata attwalment tikkonsisti fil-ġurnali ta' kuljum u dawk ta' kull ġimgħa.
RELAZZJONIJIET MAL-MEDIA
L-organizzazzjonijiet tal-Media ta' kuljum jirċievu l-istqarrijiet uffiċjali, stedina biex jattendu għal Press coverages, avviżi, materjal fotografiku u informazzjoni oħra permezz ta' electronic dispatch immedjat. Il-membri tal-media lokali u barranija jingħataw faċilitajiet ta' akkreditazzjoni, arranġamenti għall-media matul avvenimenti tal-gvern, gwida u assistenza. Isiru wkoll arranġamenti għal rappreżentanti tal-media lokali meta jakkumpanjaw lill-President u l-Prim Ministru ta' Malta għal żjarat uffiċjali barra minn Malta.
Id-dipartiment jikkoordina wkoll faċilitajiet li jingħataw lill-midja waqt funzjonijiet statali, avvenimenti nazzjonali, l-elezzjonijiet ġenerali u tal-Kunsilli Lokali u avvenimenti oħra.
SERVIZZI FOTOGRAFIĊI
Jingħata coverage fotografiku estensiv lill-attivitajiet tal-Gvern kif ukoll lill-avvenimenti nazzjonali. Dawn is-servizzi jassiguraw it-trażmissjoni immedjata ta' materjal diġitali fotografiku attwali lill-media.
ARKIVJI FOTOGRAFIĊI
L-arkivji fihom kollezzjoni vasta ta' materjal fotografiku kemm kontemporanju kif ukoll storiku li jmur lura għaż-żminijiet meta d-DOI kien prattikament l-unika organizzazzjoni li kienet tiġbor l-informazzjoni f'Malta. Selezzjoni ta' ritratti arkivjati jistgħu jintwerew fid-DOI Photo Gallery.
REĠISTRU TAL-ISTAMPA
Id-Dipartiment tal-Informazzjoni ilu mill-1988 responsabbli mir-Reġistru tal-Istampa fejn isir reġistrar ta' gazzetti, stazzjonijiet tar-radju u t-televiżjoni u jsir aġġornament skont id-dispożizzjonijiet tal-Ligi dwar l-istampa. Fir-Reġistru tal-Istampa, jintbagħtu applikazzjonijiet għal finijiet ta' reġistrazzjoni minn edituri u pubblikaturi ta' gazzetti u rivisti, u minn edituri ta' stazzjonijiet tar-radju u t-televiżjoni; jitħejjew u jinħarġu ċertifikati bil-firma tar-Reġistratur tal-Istampa li jitolbu konferma ta' status ta' editur biex ikunu depositati bħala evidenza f'kawżi ta' libell li jitressqu quddiem il-Qrati.
PUBBLIKAZZJONIJIET
Id-dipartiment huwa responsabbli għall-ġbir u l-pubblikazzjoni tal-Gazzetta tal-Gvern ta' Malta, fil-verżjoni stampata u elettronika tagħha. F'din it-Taqsima jinħoloq materjal stampat u elettroniku ieħor dwar is-servizzi tal-Gvern u dwar materji ta' interess pubbliku.
SALES OFFICE
Pubblikazzjonijiet mibjugħa mid-DOI jinkludu Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Gvern, il-Gazzetta tal-Gvern ta' Malta, id-diskorsi tal-Baġit, l-Estimi Finanzjarji u s-Surveys Ekonomiċi, Abbozzi ta' liġijiet imressqa fil-Parlament, Atti tal-Parlament, Avviżi Legali, rapporti dwar statistika u pubblikazzjonijiet oħra varji. Ritratti li juru firxa wiesgħa ta' suġġetti bħal laqgħat internazzjonali u konferenzi li jsiru f'Malta, Żjarat Statali u Uffiċjali, Festi Nazzjonali, Wirt Nazzjonali u veduti mill-ajru ta' Malta huma wkoll għal bejgħ lill-pubbliku, kif ukoll DVDs bi produzzjoni tad-Dipartiment.
VIDEO PRODUCTION
Id-dipartiment jipproduċi dokumentarji ta' interess nazzjonali, bħal dawk dwar il-Poeta Nazzjonali Malti, Dun Karm Psaila, il-Ferrovija ta' Malta u l-għoti tal-George Cross. Id-dipartiment jipprovdi wkoll materjal awdjo viżiv ta' diversi okkażjonijiet li jinkludu żjarat uffiċjali f'Malta u avvenimenti statali fost oħrajn. Ir-restawr, id-diġitalizzazzjoni u l-arkivjar ta' filmati storiċi (16mm) huwa wkoll proċess kontinwu li jsir mid-Dipartiment.
DOKUMENTI u MANWALI
Dokumenti
Files Amministrattivi
Arkivji: Ritratti u Filmati
DOI Sales Office:
Il-Gazzetta tal-Gvern
Dokumenti Uffiċjali – Ir-Reġistru Elettorali, l-Estimi Finanzjarji, Rapporti Finanzjarji, Surveys Ekonomiċi, eċċ.
Pubblikazzjonijiet tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika
Atti, Abbozzi u Avviżi Legali
DVDs – Dokumentarji u filmati storiċi
CDs ta' pubblikazzjonijiet diġitalizzati
Librerija: Kotba, journals, rivisti u pubblikazzjonijiet uffiċjali dwar affarijiet nazzjonali u barranin
Manwali
Politika tal-Media Soċjali Proċeduri dwar il-Privatezza tad-Data u l-Libertà tal-Informazzjoni
Regoli Amministrattivi
ILMENTI
Applikant li t-talba tiegħu ma tkunx ġiet milqugħa, jew li b'xi mod ieħor ma jkunx sodisfatt bl-informazzjoni pprovduta, bil-format li bih ġiet provduta jew bl-estensjoni taż-żmien stipulat għas-sottomissjoni tal-informazzjoni mitluba, jista' jressaq ilment lid-Dipartiment.
L-ilment għandu jkun indirizzat lill-Uffiċjal tal-Libertà tal-Informazzjoni tad-Dipartiment, li għandu jressaq l-ilment għall-attenzjoni tal-uffiċjal responsabbli. L-uffiċjal responsabbli għandu jagħti risposta lill-applikant fi żmien għaxart ijiem mid-data tas-sottomissjoni tal-ilment. L-applikant għandu jkun infurmat li jista' jappella d-deċiżjoni jew inkella jindirizza ilment lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data skont l-Att dwar Il-Libertà tal-Informazzjoni (Kap. 496 tal-Liġijiet ta' Malta).
L-uffiċjal responsabbli għandu jinforma lill-applikant bid-deċiżjoni meħuda dwar l-ilment tiegħu, u fil-każ ta' konferma tad-deċiżjoni li tkun li ma tinħariġx l-informazzjoni pertinenti, għandu jispjega r-raġunijiet għal dan. Fejn l-ilment tal-applikant ikun dwar il-format tal-informazzjoni provduta jew dwar estensjoni taż-żmiem stipulat għas-sottomissjoni tal-informazzjoni mid-Dipartiment, u d-deċiżjoni oriġinali tiġi kkonfermata, l-applikant għandu jingħata spjegazzjoni għalxiex l-ilment tiegħu ma jistax ikun indirizzat mod ieħor.
Applikant jista' wkoll jagħmel użu mill-Proċedura Interna għall-Ilmenti f'każ li jrid jirrapporta li ma kienx irrispettat iż-żmien għas-sottomissjoni tal-informazzjoni jew biex jibgħat in-notifiki. F'dawk il-każijiet fejn it-talba għall-informazzjoni ntlaqgħet iżda ma ngħatatx fiż-żmien speċifikat fl-Att, l-uffiċjal responsabbli għandu jneħħi kwalunkwe tariffa applikabbli għas-sottomissjoni tal-informazzjoni.