Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

Kif tistabbilixxi residenza

No

Kif tistabbilixxi r-residenza

Jekk inti se ssir resident f'Malta, se jkollok bżonn tapplika għar-residenza sabiex tingħata karta eResidence.

Karti eResidence huma l-forma ġdida ta' dokumentazzjoni li tkopri kull tip ta' status ta' residenza akkwistati minn ċittadini mhux Maltin li qed jgħixu Malta, inklużi dawk reġsitrati skont l-iskemi amministrati mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni.

Jekk qed tapplika għar-residenza għall-ewwel darba jew għandek bżonn tissostitwixxi l-karta, tista' żżur is-sit elettroniku ta' Identity Malta billi tiklikkja hawn. Inti tista' tniżżel il-formoli neċessarji minn dan is-sit. Il-linji gwida li tista' tniżżel mis-sit, jagħtu spjegazzjoni usa' tat-tipi ta' residenzi amministrati mid-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u tal-Espatrijati.