Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

Settur Marittimu

No

Is-Settur Marittimu


IR-REĠISTRAZZJONI TA’ VAPUR

Il-proċess biex tirreġistra vapur f’Malta huwa pjuttost sempliċi. L-ewwel vapur jiġi reġistrat temporanjament għal sitt xhur sakemm tiġi ffinalizzata d-dokumentazzjoni. Biex tirreġistra vapur temporanjament għandek tissottometti xi dokumenti bħall-prova tas-sjieda kif ukoll dokumenti oħra bħaċ-ċertifikat tal-kumpanija li bnietu. Tista’ tirreġistra l-vapur tiegħek fir-Reġistru tal-Vapuri, Malta Transport, il-Marsa.

Ikklikkja hawn għal-lista sħiħa tad-dokumenti meħtieġa u għal aktar informazzjoni.


IR-REĠISTRAZZJONI TA’ YACHT/VAPUR ŻGĦIR

Biex tirreġistra yacht jew vapur żgħir, trid tkun għamilt il-kors ta’ taħriġ offrut mill-Istitut Marittimu tal-MCAST jew ikollok Liċenzja ta’ Baħħar. Ikollok bżonn ukoll dokumenti oħra bħall-prova tas-sjieda u ritratt tal-inġenju tal-baħar tiegħek, li għandhom jiġu ppreżentati lir-Reġistru tal-Vapuri Żgħar fid-Direttorat tal-Portijiet u l-Yachts, Malta Transport, Il-Marsa.


KIF TIKSEB LIĊENZJA TA’ BAĦĦAR

Irid ikollok Liċenzja ta’ Baħħar jekk beħsiebek issuq vapur żgħir b’magna jew magni b’saħħa kkombinata ta’ 30HP jew aktar, u/jew biex tirmonka water skier.

Biex iġġib Liċenzja ta’ Baħħar trid tkun għamilt il-kors ta’ Basic Seamanship and Safe Boathandling jew tippreżenta ċertifikati oħra li juru l-kompetenza tiegħek. Ladarba jkollok il-kwalifiki meħtieġa, tista’ tapplika għal-Liċenzja mill-Uffiċċju tal-Vapuri Żgħar fil-Malta Transport, Il-Marsa, billi tippreżenta d-dokumenti tiegħek. Għal aktar dettalji kklikkja hawn.


IS-SIKUREZZA U S-SIGURTÀ FUQ IL-BAĦAR

Huwa importanti li ssegwi r-regolamenti tas-sikurezza u s-sigurtà meta tkun fuq il-baħar biex tiżgura s-sigurtà tiegħek kif ukoll dik tad-dgħajjes u l-għawwiema fil-qrib tiegħek. Qabel ma toħroġ fuq il-baħar, kun żgur(a) li taf liema huma ż-Żoni tal-Għawwiema kif ukoll il-limiti ta’ fejn tista’ tankra u tirmiġġa. Tinsiex tieħu miegħek ir-radju VHF u dejjem għarraf lil xi ħadd dwar id-dettalji tal-vjaġġ tiegħek.

Ikklikkja hawn għal lista sħiħa tal-prekawzjonijiet u tar-regolamenti.


AVVIŻI LILL-BAĦĦARA

Żomm ruħek aġġornat(a) dwar l-aħħar aħbarijiet tal-baħħara billi tiċċekkja regolarment l-Avviżi għall-Baħħara. B’dawn l-avviżi tiġi aġġornat(a) dwar attivitajiet tal-għadis, spettakli ta’ murtali, sondaġġi marittimi u affarijiet oħra li jkunu qed iseħħu fil-Baħar Mediterran li bih huma mdawrin il-Gżejjer Maltin.


IS-SIGURTÀ MARITTIMA U FIL-PORTIJIET

Ir-regolamenti stipulati fil-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Sigurtà fil-Baħar (International Convention for the Safety of Life at Sea) u l-Kodiċi Internazzjonali għas-Sigurtà tal-Vapuri u l-Faċilitajiet Portwarji (International Code for the Security of Ships and of Port Facilities) iservu biex il-vapuri u l-faċilitajiet portwarji jkunu jistgħu jikkoperaw flimkien biex jidentifikaw u jipprevjenu dak kollu li jista’ jkun ta’ theddida għas-sigurtà fis-settur tat-trasport marittimu. Dawn ir-regolamenti japplikaw għal bastimenti bħalma huma l-vapuri tal-passiġġieri u d-dgħajjes tal-passiġġieri ta’ veloċità għolja. Ikklikkja hawn għal aktar dettalji.


IR-REGOLAMENTI TAL-BAĦAR

Ir-Regolamenti kollha tal-Baħar, bħalma huma dawk relatati mat-trasport marittimu tal-merkanzija, il-postijiet ta’ rmiġġ, it-trasport tal-annimali bil-baħar, il-komunikazzjoni bir-radju u t-tniġġis tal-baħar, jinsabu hawn.


IL-FAĊILITAJIET TA’ RMIĠĠ

Il-postijiet ta’ rmiġġ jew ankraġġ tal-bastimenti kollha li jidħlu fil-portijiet u l-ibħra territorjali Maltin ġew allokati mid-Direttorat tal-Portijiet u l-Yachts tal-Awtorità tat-Trasport. L-aġenti tal-vapuri huma disponibbli biex joffrulek għajnuna kif ukoll firxa wiesgħa ta’ servizzi b’rabta mal-inġenju tal-baħar tiegħek. Dawn huma l-faċilitajiet ewlenin tal-irmiġġ.


KIF ISSIB PORT F’MALTA

F’Malta hawn żewġ portijiet ewlenin: wieħed jinsab il-Belt Valletta u l-ieħor Marsaxlokk. Fit-tieni l-akbar gżira tal-Gżejjer Maltin, Għawdex, hemm port wieħed li jinsab l-Imġarr. Hemm numru ta’ portijiet oħra fejn kultant jidħlu vapuri li jkunu qed jagħmlu vjaġġi internazzjonali; normalment dawn ikunu vapuri tal-passiġġieri. Iż-żewġ portijiet ewlenin ta’ Malta joffru servizzi marittimi bħal irmunkar, salvataġġ, pilotaġġ, imħażen u kull tip ta’ forniment u provvisti.

Ikklikkja hawn għal aktar informazzjoni.


IL-MARINAS F’MALTA

L-ilmijiet ċari u jleqqu tal-Baħar Mediterran li l-Gżejjer Maltin huma mdawrin bihom huma ġawhra għal kwalunkwe baħħar li jżur Malta bil-yacht tiegħu. Biex Malta tibqa’ ċentru ta’ eċċellenza għall-yachting, Transport Malta ffinalizzat kuntratti għall-immaniġġjar tal-marinas. Ikklikkja hawn għal lista tal-marinas privati kollha f’Malta.​