IS-SEWQAN F'MALTA
Peress li f'Malta m'hawnx awtostradi, is-sewqan fil-Gżejjer Maltin huwa simili għal dak f'ħafna bliet Ewropej oħra. F'dawn l-aħħar snin sar ħafna xogħol biex titjieb l-infrastruttura. Fil-fatt sar ħafna progress fl-għarfien dwar is-sigurtà fit-triq u fl-infrastruttura stradali.
Billi Malta kienet kolonja Ingliża, is-sewqan fil-Gżejjer Maltin huwa fuq ix-xellug. Tajjeb li dejjem iġġorr mappa miegħek meta tivvjaġġa; dan għaliex minħabba l-fatt li m'hawnx awtostradi, ħafna drabi wieħed jista' jasal fid-destinazzjoni tiegħu minn numru ta' rotot differenti
IL-KODIĊI GĦAT-TRAFFIKU FIT-TRIQ
Il-Kodiċi għat-Traffiku fit-Triq huwa l-gwida uffiċjali għas-sewwieqa u l-pedestrians f'Malta. F'din il-gwida tista' ssib ir-regoli kollha li għandek tkun taf dwar is-sewqan f'Malta, bħalma huma l-limiti tal-veloċità, is-sewqan fi traffiku għaddej bil-mod, u l-waqfien u l-ipparkjar. Tista' tikseb il-Kodiċi għat-Traffiku fit-Triq mill-uffiċċji ta' Transport Malta jew miċ-Ċentru tat-Testijiet tat-Teorija fil-Gwardamanġa. Tista' wkoll issib il-Kodiċi onlajn.
INFURZARJI TAL-LIĠI U KONTRAVENZJONIJIET
Il-Kunsilli Lokali, il-Kuntratturi tas-Servizzi tal-Gwardjani, il-Fornituri tas-Servizzi u l-Uffiċjali tal-Infurzar huma kollha marbuta permezz tas-Sistema tal-Infurzar tal-Liġi. Flimkien jgħinu biex iżommu t-toroq kemm jista' jkun sikuri.
Reati tas-sewqan huma rregolati taħt l-Ordinanza dwar ir-Regolament tat-Traffiku. Sommarju tar-reati tas-sewqan u l-multi rispettivi tagħhom jistgħu jinstabu hawn. Barra minn hekk, ir-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur (Liċenzji tas-Sewqan) jipprovdu li sewwieqa ġodda li jgħaddu mit-testijiet tas-sewqan tagħhom għandhom jingħataw liċenzja tas-sewqan bi prova valida għal 3 snin kalendarji, soġġetta għal sistema ta' punti penali. (mill-1 ta' Diċembru 2017, din is-sistema ta' punti penali hija applikabbli għad-detenturi kollha ta' liċenzji tas-sewqan sħaħ.)
Ikklikkja l-links t'hawn taħt biex tikseb aktar informazzjoni dwar:
Wieħed jista' wkoll jara, iħallas u jappella (jippreżenta petizzjoni) dwar il-multi tiegħu online. Barra minn hekk, wieħed jista' wkoll jiċċekkja l-kontravenzjonijiet li għalihom ġie impost punti ta' penali, online.
CONTROLLED VEHICULAR ACCESS (CVA)
Sabiex jiġi regolat it-traffiku fil-Belt Valletta, fl-2007 nħolqot is-sistema tas-CVA - Controlled Vehicular Access. Sakemm ma tkunx residenti fil-Belt Valletta jew ikollok negozju fil-belt kapitali, trid tħallas miżata żgħira biex tkun tista' ssuq u tipparkja hemm. Bis-sistema tas-CVA jittieħdu ritratti tal-pjanċa tan-numru tal-vettura tiegħek u jiġi kkalkulat ukoll l-ammont ta' ħin li tqatta' hemmhekk. Imbagħad tirċievi l-kont id-dar. Aktar dettalji jistgħu jinkisbu minn hawn.
XIRI TA' VETTURA BIL-MUTUR
L-ewwel darba li ser tixtri? Tissostitwixxi l-vettura tiegħek? Għandek bżonn vettura oħra? Għal kwalunkwe raġuni li jkollok vettura, għandek bżonn l-ewwel u qabel kollox tistabbilixxi baġit għal kemm int lest u kapaċi tonfoq. Iddeċiedi jekk tridx vettura ġdida jew użata. Jekk għandek bżonn tieħu 'loan' biex tixtri l-vettura l-ġdida jew użata tiegħek, mur iċċekkja kemm il-bank huwa lest li jssellef u kun żgur li int kapaċi ssostni l-ħlasijiet lura.
Wara li tkun issettjajt il-baġit tiegħek, trid tiddeċiedi liema vettura hija adattata għalik. Kun żgur li tidentifika l-vetturi li huma l-aktar xierqa għall-bżonnijiet tiegħek. Jekk qed tixtri vettura użata, kun żgur li din ġiet iċċekkjata bir-reqqa għal xi difetti jew problemi mekkaniċi. Jekk il-vettura li tkun qed tixtri hija rreġistrata lokalment, tista' tikkonsulta d-dettalji tal-vettura u kwalunkwe miżata pendenti oħra hawn. (minħabba l-protezzjoni tad-data dwar is-sidien tal-vetturi, tkun mitlub li ddaħħal dettalji speċifiċi li għandhom jiġu pprovduti lilek mill-persuna li tbigħ il-vettura).
Meta tixtri vettura permezz ta' bejjiegħ mill-ġdid tal-karozzi jew bejjiegħ probabbilment tkun avżat bl-ispejjeż kollha involuti fix-xiri tiegħek. Jekk le, kun żgur li tistaqsi eżattament l-ispejjeż kollha involuti. Jekk qed tixtri l-vettura int stess, iċċekkja l-Valutazzjoni tal-Vettura u tinsiex li ser ikollok bżonn ukoll li jkollok assigurazzjoni tal-karozza obbligatorja.)
REĠISTRAZZJONI TA' VETTURA UŻATA
Il-vetturi ġodda jew użati kollha importati f'Malta minn residenti Malti għandhom ikunu rreġistrati u liċenzjati ma' L-Awtorita' ta' Transport u jitħallsu t-tariffi kollha tat-taxxa tar-reġistrazzjoni applikabbli.
Fil-każ ta' vettura ġdida jew użata li tkun importata minn pajjiż mhux tal-UE, is-sid għandu jidħol fis-sistema online u jimla' l-informazzjoni meħtieġa. Sabiex tkun tista' timla d-dettalji tal-vettura importanti li l-persuna jkollha fil-pussess tagħha ċertifikat ta' Konformita fil-każ ta' vettura ġdida u ċertifikat ta' reġistrazzjoni fil-każ ta vettura użata.
Il-ħin approssimattiv biex il-formola timtela hu ta' madwar għoxrin (20) minuta. Malli tigi sottomessa l-applikazzjoni, l-a pplikant jirċievi email ta' rikonoxximent iġġenerat mis-sistema. Malli l-proċess tal-eżaminar u validazzjoni mix-xufier u l-Vehicles Licensing Unit, li ġeneralment jieħu madwar tletin (30) gurnata xogħol biex jitlesta jkun lest, l-applikant jirċievi notifika rigward l-applikazzjoni tiegħu kinitx aċċettata jew miċħuda. Jekk il-formola tkun approvata, l-għotja għanda tkun maħruġa sa tletin (30) ġurnata wara.
Jekk vettura tkun diġà ġiet irreġistrata f'pajjiż ieħor titqies bħala użata sakemm vettura bħal din m'għandhiex inqas minn 6 xhur mid-data tal-ewwel reġistrazzjoni jew ikollha inqas minn 6000km fuq l-odometru - f'każijiet bħal dawn, 18% VAT fuq il-valur CIF huwa applikabbli (tkun dovuta bħal vettura ġdida iżda t-taxxa tar-reġistrazzjoni hija kkalkulata bħal dik ta' vettura użata).
Fil-każ ta' vetturi importati minn pajjiż mhux tal-UE għandhom japplikaw tariffi doganali (taxxa fuq id-dazju u VAT applikabbli fuq taxxa fuq id-dazju). Sidien prospettivi li jirreġistraw huma avżati biex jiċċekkjaw mad-Dwana dwar tariffi applikabbli. F'każijiet fejn il-VAT kienet diġà mitluba fil-punt tal-oriġini / l-ewwel pajjiż irreġistrat Transport Malta titlob il-VAT bir-rata ta' 18%.
It-taxxa tar-reġistrazzjoni għal vetturi użati tista' tiġi kkalkulata u miksuba online mis-sit li ġej: https://valuation-vehicleregistration.gov.mt/motorVehicle.aspx billi taċċessa l-għażla rilevanti bejn Vetturi bil-Mutur, Vetturi Kummerċjali jew Muturi. It-taxxa tar-reġistrazzjoni pagabbli hija soġġetta għat-tul, l-emissjonijiet u l-kilometraġġ. Vetturi elettriċi mhumiex mitluba taxxa ta' reġistrazzjoni.
Is-sidien li jirreġistraw ma jistgħux jużaw u jsuqu vetturi bħal dawn bi pjanċi barranin sakemm ma jissottomettux applikazzjoni għal permess ta' 30 jum flimkien ma' ċertifikat ta' assigurazzjoni validu, avviż tal-wasla, ċertifikat ta' reġistrazzjoni barranija (logbook) u formola ta' applikazzjoni VEH 64 (li tista' tinkiseb u tista' titniżżel mill-websajt ta' Transport Malta). Huwa applikabbli ħlas ta' €20.00, u tinħareġ diska temporanja tal-liċenzja tat-triq għal perjodu ta' 30 jum biex titwaħħal fuq vettura bħal din.
Fejn persuna, li mhix negozjant awtorizzat, tonqos, għal raġuni mhux ġustifikata, li tikkonforma mas-subregolament preċedenti, hija soġġetta għal multa amministrattiva ta' €30.00 għal kull jum li l-istess vettura tibqa' mhux irreġistrata fl-iskadenza tal-perjodu ta' 30 jum (tletin) kif iddikjarat fl-Att dwar ir-Reġistrazzjoni u l-Liċenzjar ta' Vetturi bil-Mutur (Kap 368) l-Artikolu 21 (4).
APPLIKAZZJONI GĦAL SKEMA TA' GĦOTJA GĦALL-XIRI TA' VETTURI LI JAGĦMLU INQAS ĦSARA LILL-AMBJENT
Dawn is-skemi għal xiri ta' vetturi li jagħmlu inqas ħsara lill-ambjent huma maħsuba biex jippromwovu x-xiri ta' vetturi li għandom emissjonijiet baxxi ta' CO2, li jissostitwixxu vetturi użati b'emissjonijiet għolja, u li jnaqqsu l-emissjonijiet tas-Settur tat-Trasport.
Għal aktar informazzjoni dwar l-inċentivi finanzjarji kollha, għafas hawn.
1. Vetturi ibridi plug-in ordnati qabel il-31 ta' Mejju 2022
Għal aktar informazzjoni, għafas hawn.
Biex timla l-formola elettronika, għafas hawn.
2. Vetturi Elettriċi Ġodda ta' kategoriji L, M, N jew Pedelecs ġoddaGħal aktar informazzjoni, għafas hawn.
Biex timla l-formola elettronika, għafas hawn.
3. Vetturi Elettriċi Użati
Għal aktar informazzjoni, għafas hawn.
Biex timla l-formola elettronika, għafas hawn.
Il-mili ta' dawn il-formoli onlajn għandu jieħu madwar għoxrin (20) minuta. Malli tintbgħad l-applikazzjoni, l-applikant jirċievi email ta' rikonoxximent iġġenerata mis-sistema. Malli jitlesta l-proċess tal-eżaminar u validazzjoni, li ġeneralment jieħu madwar tletin (30) ġurnata tax-xogħol, l-applikant jiġi notifikat jekk l-applikazzjoni tiegħu kinitx aċċettata jew miċħuda. Jekk l-applikazzjoni tkun approvata, l-għotja tinħareġ sa tletin (30) ġurnata wara.
PERMESSI U LIĊENZJI TAT–TRIQ
TIPI DIFFERENTI TA' POSTIJIET FEJN TIPPARKJA
Din il-formola tintuża mill-Kunsilli Lokali u Entitajiet ohra biex issir applikazzjoni għall-Postijiet tal-Parkeġġ Ġenerali fit-Triq, Postijiet tal-Parkeġġ Riservati, 'Un/Loading Parking Bays', Postijiet tal-Parkeġġ 'Alighting/Boarding', Postijiet tal-Parkeġġ 'Keep Clear', Postijiet tal-Parkeġġ għall-Vetturi Elettriċi, Żoni Kostali, Vetturi mhux Motoriżżati u Projbizzjonijiet. M'hemmx hlas involut biex wiehed japplika. Ic-Cittadin jista japplika onlajn minn hawn.
Il-ħin approssimattiv biex timla l-formola onlajn għandu jieħu madwar ħames (5) sa tmien (8) minuti. Malli tigi sottomessa l-applikazzjoni, l-applikant jirċievi email ta' rikonoxximent iġġenerat mis-sistema. Malli l-proċess tal-eżaminar u validazzjoni, li ġeneralment jieħu madwar tletin (30) gurnata xogħol biex jitlesta jkun lest, jibda il process biex tigi ipprovduta il-post tal-Parkegg Riservat. Dan isir fi zmien tletin (30) gurnata wara l process imsemmi ta' validazzjoni.
PARKEĠĠ RISERVAT GĦAL DETENTURI TA 'BLUE BADGE'
Din il-formola hija utiliżżata minn ċittadini u Kunsilli Lokali sabiex japplikaw għal parkeġġi risevati għal detenturi tal-'blue badge'. Ma hemmx ħlas involut għall-applikant sabiex japplika għal dan is-servizz. L-formola elettronika hija disponibbli hawn.
Il-ħin approssimattiv biex timla' l-formola onlajn għandu jieħu bejn ħames (5) u tmien (8) minuti. Malli tissottometti l-applikazzjoni, l-applikant jirċievi email ta' rikonoxximent iġġenerat mis-sistema. Malli l-proċess tal-eżaminar u validazzjoni, li ġeneralment jieħu madwar tletin (30) gurnata xogħol biex jitlesta jkun lest, jibda il process biex tigi ipprovduta il-post tal-Parkegg Riservat. Dan isir fi zmien tletin (30) gurnata wara l process imsemmi ta' validazzjoni.
LIĊENZJA TAT-TRIQ TAL-VETTURA
Il-liċenzja tal-vettura tiġġedded fuq bażi annwali. Il-proċess ta' tiġdid isir online jew mill-kumpanija tal-assigurazzjoni jew direttament mis-sid reġistrat.
Sabiex jitlesta l-proċess, id-dettalji tal-assigurazzjoni għandhom jiġu mġedda u jekk it-test tal-VRT tal-vettura huwa dovut, tali test għandu jsir qabel. Id-dettalji kollha jiddaħħlu onlajn ikunu l-entitajiet ikkonċernati. Jekk it-tiġdid jitwettaq mill-uffiċjal tal-assigurazzjoni, id-diska tal-liċenzja tiġi stampata hemmhekk u mbagħad jekk it-tiġdid isir mill-pubbliku, id-diska tal-liċenzja tiġi impustata fi żmien 5 ijiem tax-xogħol.
Il-ħin approssimattiv biex timla' l-formola onlajn għandu jieħu madwar ħames (5) minuti. Malli tissottometti l-applikazzjoni, l-applikant jirċievi email ta' rikonoxximent iġġenerat mis-sistema. Malli l-proċess jitlesta, l-applikant ikun infurmat li dawk id-dettalji ġew irreġistrati fis-sistema u l-liċenzja tintbgħat bil-posta fi żmien tlett ijiem (3) mid-data tal-irċevuta tal-applikazzjoni
IL-PJANĊA TAN-NUMRU TAL-VETTURA
Il-karozzi kollha reġistrati f'Malta għandhom pjanċi standard tal-Unjoni Ewropea li jikkonsistu fi tliet ittri segwiti bi tliet numri. Il-pjanċi mhux personalizzati jiswew EUR 70, filwaqt li dawk personalizzati jiswew EUR 200. Ikklikkja hawn għal aktar informazzjoni dwar il-pjanċi tan-numru tal-vetturi.
ASSIGURAZZJONI TAL-KAROZZA
Ghal aktar informazzjoni rigward l-assikurazzjoni tal-vettura aghfas hawn.
Ikklikkja hawn għal lista ta' assigurazzjonijiet tal-karozzi f'Malta.
TEST TAL-VRT
L-għan tat-test tal-VRT huwa li jiġi żgurat li vetturi ta' ċertu età jiġu ċċekkjati perjodikament biex jiġi vverifikat li jkunu f'kundizzjoni tajba biex jinstaqu fit-toroq. Il-vetturi jiġu spezzjonati f'xi wieħed mill-postijiet fejn isiru t-testijiet tal-VRT fejn jintuża wkoll tagħmir apposta. L-ispezzjonijiet huma validi biss jekk isiru minn stazzjonijiet tal-VRT liċenzjati. Ir-riżultat tat-test tal-vettura tiegħek jintbagħat awtomatikament mill-istazzjon tal-VRT lil Transport Malta. Informazzjoni dwar il-miżati tal-VRT u l-frekwenzi tat-testijiet huma ddettaljati fit-Tmien Skeda tar-Regolamenti dwar Testijiet biex Jiċċertifikaw li Vetturi bil-Mutur huma Tajba għat-Triq, li tista' tiġi aċċessata minn hawn. Biex tikseb il-lista tal-Istazzjonijiet tal-VRT liċenzjati, ikklikkja hawn.
Iċċekkja fuq il-Liċenzja tiegħek jew l-irċevuta tagħha biex tara jekk imissikx tagħmel it-test tal-VRT. Inkella tista' tiċċekkja online jew tabbona għan-notifiki tal-mowbajl.
MANUTENZJONI TAL-VETTURA TIEGĦEK
Importanti li tieħu ħsieb il-vettura tiegħek u teħodha għal service biex tiżgura li hija f'kundizzjoni tajba biex tinstaq fit-triq, li hija sigura u li mhijiex ta' periklu għal ħaddieħor. Il-manifattur tal-karozza tiegħek jagħmel services ta' rutina. Dawn ivarjaw minn manifattur għal ieħor u minn vettura għal oħra, skont it-tip ta' vettura u l-magna. Normalment fil-manwal tas-sid tal-vettura jkun hemm indikat x'tip ta' manutenzjoni għandha bżonn il-karozza tiegħek. Għal aktar informazzjoni dwar il-manutenzjoni tal-vettura tiegħek, ikklikkja hawn.
L-INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU
Jekk ikollok inċident bil-karozza, ieqaf. F'każ ta' ħabta man-naħa ta' wara tal-vettura, dik li hija magħrufa bħala “bumper to bumper", għandek timla l-formola rilevanti fuq il-post tal-inċident. Il-formoli tista' tiksibhom mill-uffiċċji tal-assigurazzjoni jew mill-intermedjarji. Jekk ikun hemm persuni li jkorru, ċempel għall-ambulanza. F'każ li jindarbu xi persuni, li tiġi involuta xi proprjetà tal-Gvern jew f'każ ta' inċident li ma jkunx “bumper to bumper", għandek iċċempel lill-pulizija. Tammetti ebda tort għall-inċident jekk mhux mal-pulizija.
Importanti biex tieħu u tagħti l-informazzjoni essenzjali bħalma huma l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefown u n-numru tal-pjanċa. Ħu nota tad-dettalji tal-inċident meta jkun għadu frisk ġo moħħok.
IS-SAĦĦA U S-SIGURTÀ
Jekk għandek xi kundizzjoni li tista' taffettwa l-kapaċità tiegħek fis-sewqan, inti obbligat tgħarraf lid- DVLU (Driver and Vehicle Licencing Unit). Jekk ikollok inċidenti tat-traffiku u jinstab li xi kundizzjoni medika tiegħek wasslet jew ikkontribwixxiet għall-inċident, inti tista' tittella' l-Qorti u l-assigurazzjoni tiegħek tista' ma tkoprikx, għalhekk, u kundizzjoni medika preeżistenti li taf biha trid tiġi ddikjarata u segwita mal-Awtorità.
SEWQAN TAR-ROTA F'MALTA
L-Awtoritajiet Maltin investew ħafna biex is-sewqan tar-roti f'Malta jsir aktar sigur. Hemm numru ta' korsiji għaċ-ċiklisti fir-rotot l-aktar popolari u hemm numru ta' toroq sekondarji b'inqas traffiku li dawn is-sewwieqa jistgħu jużaw, għalkemm xorta xi drabi jkollhom jgħaddu mit-toroq arterjali. Is-sewqan isir fuq in-naħa tax-xellug tat-triq u jeżistu wkoll numru ta' stands għall-ipparkjar forma ta' rota madwar Malta kollha. Ikklikja hawn għal aktar informazzjoni dwar is-sewqan tar-rota f'Malta.
APPOĠĠ, GĦAJNUNA U L-GĦOTI TA' FEEDBACK
Is-sodisfazzjon tal-klijent huwa essenzjali għall-kwalità u l-prestazzjoni u għalhekk il-feedback tiegħek huwa meħtieġ ħafna biex naġixxu fuq is-suġġerimenti riċevuti. Kemm jekk int Malti jew Ċittadin li mhux Malti u tixtieq xi għajnuna oħra, tipprovdi feedback, tressaq ilment, jew tagħti l-opinjoni tiegħek dwar is-servizzi pprovduti min Transport Malta, tista' tagħmel kuntatt billi tuża d-dettalji pprovduti jew billi timla l-formola elettronika hawn. It-talbiet mibgħuta taħt il-kategorija "Protezzjoni tad-Data" jintbagħtu direttament lill-Uffiċċju għall-Protezzjoni tad-Data fi ħdan l-Awtorità. Kull meta jiġu sottomessi ilmenti, talbiet ta' għajnuna, jew mistoqsijiet oħra, Transport Malta tieħu nota tagħhom u tipprova twieġeb lill-klijent fi żmien 6 ijiem tax-xogħol. Dan jinkludi wkoll mistoqsijiet sottomessi permezz tal-formola elettronika msemmija hawn fuq.
Transport Malta jagħmel użu wkoll tal-midja soċjali, bil-għan li l-pubbliku jinżamm infurmat bis-servizzi pprovduti. Din il-paġna ta' Facebook hija paġna uffiċjalment approvata min Transport Malta. Jekk teħtieġ xi għajnuna ulterjuri jew tixtieq taqsam l-esperjenza tiegħek dwar is-servizzi pprovduti, wieħed jista' jagħmel dan billi juża l-faċilità taċ-chat fuq il-paġna ta' Facebook. Rappreżentant min Transport Malta ikun jista' jkellmek u jgħinek mill-ewwel permezz tal-live messenger.