L-0008-2023

Riforma fis-sistema tal-Kumpiljazzjonijiet u Rinviji


Magħluq għal Konsultazzjoni Pubblika

​Ministry:

Ministeru għall-Ġustizzja

​Entity:

Ministeru għall-Ġustizzja

​Published:

18/04/2023

​Running Till:

31/05/2023

​Last Updated:

30/10/2025




Sfond
 
L-għan ta’ din ir-Riforma huwa sabiex jitkompla l-proċess ta’ riforma tal-ġustizzja b’mod partikolari fil-qasam tal-proċeduri kriminali tal-kumpilazzjoni (imsejħa wkoll ‘il-kumpilazzjoni’). L-Abbozz jintroduċi proċess aċċellerat ta’ żvelar u ta’ kumpilazzjoni quddiem il-Qorti tal-Maġistrati bħala Qorti istruttorja b’mod partikolari bil-ħsieb li dawk il-proċeduri jinbidlu minn proċeduri ta’ kumpilazzjoni għal kollox orali, fejn kull xhud jitla’ l-Qorti jixhed viva voce, għal proċeduri ta’ kumpilazzjoni iqsar ibbażati aktar fuq l-eżami ta’ evidenza dokumentata minn qabel. B’hekk għandu jitnaqqas it-tul tal-proċeduri tal-kumpilazzjoni u tal-proċeduri kriminali in ġenerali u tiġi evitata kemm jista’ jkun il-ħtieġa li x-xhieda jkunu preżenti fil-Qorti f’diversi okkażjonijiet. L-Abbozz jipproponi wkoll emendi li jneħħu l-ħtieġa assoluta li ssir il-kumpilazzjoni f’kawżi fejn l-akkużi jistgħu jwasslu għal piena ta’ bejn sitt (6) snin u tnax (12)-il sena ħabs. L-emendi proposti jipprovdu wkoll għal tnaqqas tassattiv tal-piena fil-każ ta’ ammissjonijiet u l-abbozz jipproponi wkoll emendi konsegwenzjali għall-Kostituzzjoni u għall-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea (Kap. 319).
 
 
Id-Dokument ta’ Konsultazzjoni huwa disponibbli permezz tal-link li ġejja:

Sottomissjoniet jistgħu  jintbagħatu billi tuża l-formola online provduta hawn taħt

Feedback