L-0019-2023

White Paper dwar ir-riforma tal-Att dwar il-Condominia


Miftuħa

​Ministry:

Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar

​Entity:

Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar

​Published:

25/10/2023

​Running Till:

06/12/2023

​Last Updated:

13/11/2023




Sfond: Il-Condominium Act ġie ppromulgat fl-1997 u għal dawn l-aħħar 25 sena kien meqjus bħala leġislazzjoni importanti, minħabba l-influss fl-iżvilupp urban f’pajjiżna. Dan fid-dawl li tali Att flimkien mal-Kodiċi Ċivili Kapitlu 16 tal-Liġijiet ta’ Malta, huwa meqjus bħala l-liġi prinċipali li tirregola l-partijiet komuni fi ħdan proprjetà. L-Att tal-Condominium għalhekk ipprovda tweġibiet għal kwistjonijiet komuni li qamu meta proprjetajiet kienu kondiviżi bejn partijiet differenti. Għalkemm l-Att dwar il-Condominium għadda minn emendi differenti matul is-snin, xorta waħda huwa maħsub li Att bħal dan jeħtieġ emendi kbar sabiex ikun jista’ jindirizza l-bidla mgħaġġla speċjalment fl-aħħar għaxar snin, peress li l-Maltin u l-Għawdxin qed jgħixu aktar fl-appartamenti. B’ekonomija li dejjem qed tikber, u l-ħolqien ta’ niċeċ ekonomiċi ġodda li Malta sfruttat fihom matul dawn l-aħħar snin iż-żieda fil-bini għoli tkompli żżid il-ħtieġa li tkompli tingħata kjarifika u regolamentazzjoni fir-rigward tal-condominium.
 

Feedback