L-0002-2024

Riforma Ġustizzja aktar effettiva mal-Vittmi tad-Droga


Magħluq għal Konsultazzjoni Pubblika

​Ministry:

Ministeru Għall-Ġustizzja u Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni

​Entity:

Ministeru Għall-Ġustizzja u Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni

​Published:

16/01/2024

​Running Till:

09/02/2024

​Last Updated:

10/02/2024




Din il-Konsultazzjoni Pubblika għandha l-għan li tiġbor suġġerimenti dwar riforma li ser tiġi ntrodotta permezz tal-abbozz intitolat bħala l-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Droga (Trattament mhux Priġunerija) (Kap 537 tal-Liġijiet ta' Malta) li jirrapreżenta pass innovattiv u kuraġġuż fit-teħid t'atteġġjament ġdid lejn il-vittmi tad-droga u lejn ir-riabilitazzjoni minflok il-kastig tagħhom. L-għanijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi huma sabiex titwessa l-kompożizzjoni tal-Bord ta’ Riabilitazzjoni ta’ Persuni li Nqabdu bid-Droga u jiġi stabbilit bil-liġi l-quorum fil-laqgħat ta’ dak il-Bord sabiex tissaħħaħ il-kapaċità ta’ ħidma tiegħu, sabiex tingħata iżjed diskrezzjoni lill-Qorti fl-applikazzjoni tal-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Droga (Trattament Mhux Priġunerija) favur ir-riabilitazzjoni, sabiex jiddaħħal l-obbligu illi d-deċiżjonijiet u r-rapporti tal-Bord ta’  Riabilitazzjoni ta’ Persuni li Nqabdu bid-Droga jkunu motivati, sabiex tiġi sostitwita s-sistema ta’ rikjamar ta’ kawżi wara li l- Bord ta’ Riabilitazzjoni ta’ Persuni li Nqabdu bid-Droga jkun għamel rapport pożittiv lill-Qorti u sabiex tiġi mtaffija l-esklużjoni tal-applikazzjoni tal-liġi dwar ir-riabilitazzjoni fil-każ ta’ reati li jkunu saru fi jew fir-rigward ta’ faċilita` korrettiva limitatament dwar pussess sempliċi ta’ kwantità żgħira ta’ droga projbita meta l-akkużat ikun wettaq ir-reat bħala riżultat ta’ dipendenza fuq id-droga u ma jkunx għadu l-ħabs. L-Abbozz jipproponi ukoll diversi miżuri intiżi biex jitħaffef is-smiegħ ta’ kawżi dwar reati ta’ droga billi jiġu emendati l-linji gwida dwar f’ liema qorti għandu jinstema każ ta’ droga u billi jagħmilha possibbli li fil-każ li kawża li tinvolvi akkuża ta’ traffikar ta’ droga tinstema fil-Qorti Kriminali tkun tista’ tiġi applikata l-fakultà li l-każ jinstema minn Imħallef biss mingħajr ġuri.
 
Id-Dokument ta’ Konsultazzjoni huwa disponibbli permezz tal-link li ġejja:
 
Sottomissjoniet jistgħu  jintbagħatu sal-Ġimgħa 9 ta'  Frar 2024 billi tuża l-formola online provduta hawn taħt
 

Feedback