Riforma mnebbħa mill-fatt li nemmnu li s-settur tal-volontarjat għandu jigi msaħħaħ sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet preżenti u futuri tal-volontarjat f’Malta u sabiex is-settur ikompli jiġi rikonoxxut bħala pilastru importanti fis-soċjetà. Din ir-riforma trid tara li s-settur ikollu s-saħħa u l-għodda li għandu bżonn sabiex ikun jista’ jiffunzjona kif suppost, u l-proċess tal-bidla meħtieġ li jmur lil hinn mill-bidla leġiżlattiva u li jħares lejn is-settur b'mod kollettiv. Fuq kollox, ir-riforma hija mmirata li toħloq bilanċ bejn dak li għandu jiġi regolat u dak li jrid jiġi indukrat.
Tista' ssib hawn taħt id-Dokument ta' Konsultazzjoni Sħiħ u Sommarju: https://cvo.gov.mt/public-consultation
Ħossok liberu li tħalli s-suġġerimenti u l-kummenti tiegħek.