NL-0025-2024

Strateġija Nazzjonali għat-Tnaqqis tal-Faqar u l-Inklużjoni Soċjali 2025-2035


Magħluqa

​Ministry:

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal (MSPC)

​Entity:

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal (MSPC)

​Published:

04/10/2024

​Running Till:

29/11/2024

​Last Updated:

24/06/2025




L-Istrateġija Nazzjonali għat-Tnaqqis tal-Faqar u l-Inklużjoni Soċjali 2025-2035, li ġiet żviluppata mill-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, tiddeskrivi l-impenn ta’ Malta biex tindirizza l-faqar u l-esklużjoni soċjali matul l-għaxar snin li ġejjin. Din l-Istrateġija tindirizza l-isfidi soċjali u ekonomiċi li qed jevolvu ffaċċjati minn gruppi żvantaġġati, u tiffoka mhux biss fuq id-disparitajiet fid-dħul finanzjarju billi tippromwovi l-benessri fis-sens wiesa’ tagħha, inkluż l-aċċess għall-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa u l-impjiegi.

 

Bl-approċċ ta' tbassir strateġiku (strategic foresight) li jipprepara u jantiċipa xokkijiet u opportunitajiet futuri, l-istrateġija għandha l-għan li tnaqqas ir-rata ta' riskju ta' faqar (AROPE) bi 3.1% u tnaqqas il-faqar tat-tfal b'6% sal-2030. Ir-riċerka u l-kollaborazzjoni mal-partijiet interessati ewlenin, bħall-OECD, kif ukoll l-għarfien minn focus groups u laqgħat bilaterali ma' organizzazzjonijiet u entitajiet lokali, sawru l-għanijiet tal-istrateġija.

 

Din l-istrateġija tenfasizza sforzi fit-tul u kkoordinati biex tinbena Malta aktar inklużiva u ekwa, b’reviżjonijiet perjodiċi kull tliet snin biex tadatta għall-ħtiġijiet li jinbidlu.

 

Hawn taħt għandek issib id-dokument għal Konsultazzjoni:

Feedback