L-isfond
Permezz ta' din il-leġiżlazzjoni l-Ministeru għall-Agrikoltura is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali ser ikun qed jirregola l-professjonijiet u s-snajja supplimentari għall-professjoni veterinarja, hekk kif ġej:
Għalkemm il-maġġoranza tal-individwi li joffru servizz f'dan il-qasam huma ddedikati u jkollhom l-professjoni jew sengħa tagħhom għal qalbhom u jaħdmu b’diliġenza dovuta għall-aħjar interess tat-trattament xieraq tal-annimali u b’rispett sħiħ għall-klijenti tagħhom, xi individwi jista jkollhom bżonn xi ftit aktar gwida biex jintlaħqu l-istandards għolja li illum huwa mistenni min kull min jipprovdi servizzi ta dawn il-professjonijiet jew snajja.
Il-Kunsill tal-Kirurgi Veterinarji għandu s-setgħat u d-dmirijiet taħt il-Liġi sabiex jirreġistra u jirregola il-professjonijiet u l-snajja supplimentari għall-professjoni veterinarja.
Il-manifest elettorali tal-gvern wkoll jagħmel referenza għall-regolamentazzjoni u stabiliment ta standards għal-ċerti professjonijiet li għandhom impatt dirett fuq it-trattament xieraq tal-annimali.
Dan l-avviż legali jistabbilixxi l-qafas legali għall-istabbiliment u l-infurzar ta'l-istandards permezz tar-reġistrazzjoni u tal-liċenzjar tal-professjonijiet u snajja supplimentari għal-professjoni veterinarja. L-individwi li jixtiequ li jiksbu il-liċenzja għall-prattika l-kwalunkwe professjoni jew sengħa misjuba fl-ewwel skeda għandhom isegwu r-rekwiżiti stabbiliti għal dik il-professjoni jew sengħa partikolari jew u għandhom jagħtu prova li huma jkollhom il- kwalifiki jew snin ta ' esperjenza minimi meħtieġa sabiex jipprattikaw dik il professjoni jew sengħa b'mod professjonali.
L-abbozz tal-Avviż Legali jista' jiġi aċċessat permezz tal-link li ġej:
https://agrikoltura.gov.mt/wp-content/uploads/2025/06/MT-LN-Abbozz-tal-Avviz-Legali-Portal.pdf
Il-metodu tal-konsultazzjoni
Il-kummenti dwar it-test mehmuż, jew mistoqsijiet għal spjegazzjonijiet, jistgħu jiġu sottomessi biss fuq konsultazzjoni.gov.mt
Il-perjodu ta ‘konsultazzjoni se jkun ta‘ 5 ġimgħat. Ser issir ukoll laqgħa ta’ konsultazzjoni nhar l-Erbgħa 02 ta' Lulju 2025, fer ser ikunu spjegati d-dettalji tal-professjonijiet jew snajja partikolari. Kull min jixtieq jattendi għandu jirreġistra l-interess tiegħu fuq [email protected] sa mhux aktar tard minn nħar it-Tnejn, 23 ta' Ġunju 2025.