NL-0040-2025

Allinjament mill-ġdid tal-Istrateġija Nazzjonali tal-IA


Magħluqa

​Ministry:

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi (MEEP)

​Entity:

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi (MEEP)

​Published:

20/11/2025

​Running Till:

16/02/2026

​Last Updated:

13/05/2026




Innovazzjoni u Fiduċja fit-Teknoloġija għall-Benesseri Soċjali 

 

Malta kienet fost l-ewwel pajjiżi li nediet strateġija nazzjonali għall-IA fl-2019, bil-għan li tħeġġeġ l-adozzjoni, l-innovazzjoni u t-tkabbir ekonomiku filwaqt li tiżgura prinċipji etiċi. L-istrateġija li tħares lejn 2030, kisbet progress sinifikanti: użu mifrux tal-IA f’diversi setturi, żieda fil-għarfien pubbliku, inizjattivi edukattivi u titjib fil-klassifikazzjonijiet internazzjonali, b’aktar minn 80% tal-miżuri proposti stabbiliti u eżegwiti parzjalment jew kompletament. Xi miżuri oħra saru obsoleti. Madankollu, il-bidliet mgħaġġla fit-teknoloġija, fil-qafas regolatorju u fis-soċjetà wasslu għal bżonn ta’ allinjament mill-ġdid tal-viżjoni ta’ Malta għall-IA.

 

L-istrateġija allinjata mill-ġdid, titbiegħed mill-idea li t-teknoloġija għandha tkun il-punt tat-tluq, u tqiegħed il-benesseri soċjali u s-sostenibbiltà fil-qalba tagħha. Il-viżjoni ta’ Malta hija li toħloq ekosistema tal-IA li tista’ tkun afdata, li tippromwovi l-benesseri tas-soċjetà, il-progress soċjali u ekonomiku inklużiv, u s-sostenibbiltà.

 

Biex jintlaħqu dawn l-għanijiet, l-istrateġija tidentifika żewġ fatturi ewlenin li jippermettu dan:

 

- Trawwim ta’ pubbliku infurmat u ħaddiema b’ħiliet rilevanti

- Tisħiħ tal-istrutturi regolatorji, ta’ politika, ta’ sigurtà u ta’ appoġġ

 

Ibbażata fuq dawn il-fatturi, l-istrateġija tal-IA tħares lejn tliet pilastri għat-tkabbir:

 

- Data u Infrastruttura – li tiżgura aċċess għad-data u riżorsi kompjuteristiċi

- Nimmassimizzaw il-potenzjal tal-IA – titjib tas-servizzi pubbliċi u żieda fil-kompetittività tas-settur privat

- Avvanz tal-IA – li tħeġġeġ riċerka u innovazzjoni permezz ta’ inċentivi finanzjarji u appoġġ strateġiku

 

Ħames prinċipji fundamentali jsaħħu l-istrateġija:

 

- Diversità, Ugwaljanza, Ekwita’ u Non-Diskriminazzjoni – li tiżgura inklużività u li s-sistemi tal-IA jkunu ħielsa minn preġudizzju li jista' jagħmel ħsara

- Akkontabbilta’, Responsabbiltà u Responsabbiltà Legali – li tippromwovi IA li tista’ tiġi evalwata u li tkun responsabbli

- Trasparenza, Spjegabbilta’, Intervent Uman u Sorveljanza – li tħeġġeġ sistemi tal-IA li jistgħu jinftiehmu b’sorveljanza umana obbligatorja

- Sikurezza – li tipprevjeni ħsara u tiżgura robustezza teknika

- Privatezza, Protezzjoni tad-Data u Governanza tad-Data – li żżomm etika stretta tad-data u konformità

 

Maħluqa fuq qafas flessibbli u dejjem rilevanti, l-istrateġija se taġġusta għall-bidliet teknoloġiċi u tikkonforma mal-Viżjoni Malta 2050, billi tqiegħed l-IA bħala mutur ta’ tkabbir sostenibbli u progress soċjali. L-istrateġija tipproponi 83 miżura konkreta biex jintlaħqu dawn l-għanijiet fil-perjodu qasir u medju.

 

 

https://mdia.gov.mt/app/uploads/2025/11/MALTA-AI-WHERE-INNOVATION-MEETS-TRUST-FOR-WELL-BEING.pdf

 

 

 

Feedback