Fl-2023, il-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat (MIV), flimkien mal-Aġenzija Sapport, nieda r-Riforma tal-Assistenza Personali u l-Baġits Personali għal Malta.
Din kellha l-għan li tibni fuq l-Iskema ta’ Assistenza Personali operata mill-Aġenzija għal dawn l-aħħar snin, u ppreżentat pjan direzzjonali, li kien soġġett għal konsultazzjoni pubblika, li jwassal għall-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ Baġits Personali għall-persuni b’diżabilità.
Ir-Riforma tallinja mal-obbligi ta’ Malta skont l-Artikolu 19 tal-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (UNCRPD). Fl-2024 ġiet adottata Miżura tal-Baġit marbuta ma’ din ir-Riforma, BM42, intitolata “Assistenti Personali“, li obbligat ukoll li pakkett leġiżlattiv jiġi ppreżentat bħala parti mir-Riforma.
Nistednuk tibgħat il-feedback tiegħek dwar il-proposta f’Malta għal leġiżlazzjoni dwar l-Assistenza Personali, magħmul mill-Att dwar l-Assistenza Personali u l-Att li jemenda l-Att dwar il-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità.
A. Jekk jogħġbok, ara d-dokumenti annessi qabel ma tipprovdi l-feedback:
Leġiżlazzjoni dwar l-Assistenza Personali
Verżjoni b’Lingwa Sempliċi bil-Malti:
Plain-Language-Version-Personal-Assistance-Legislation-MLT.pdf
L-Att dwar l-Assistenza Personali
Verżjoni Standard bil-Malti u bl-Ingliż:
Personal-Assistance-Bill-2026_MTEN.pdf
2. Verżjoni Faċli biex Taqra bil-Malti:
Easy-Language-Version-Personal-Assistance-Act-2026-MLT.pdf
L-Att li jemenda l-Att dwar il-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità
Verżjoni Standard bil-Malti u bl-Ingliż:
UNCRPD-Amendment-Bill-2026_MTEN.pdf
Verżjoni Faċli biex Taqra bil-Malti:
Easy-Language-Version-UNCRPD-Amendment-Act-2026-MLT.pdf
B. Ir-risposti għandhom jintbagħtu:
Permezz tal-Formola Onlajn ta’ hawn taħt; JEW
Permezz ta' dawn il-Kwestjonarji aċċessibbli: