L-0006-2026

Regolamenti tal-2026 dwar il-Protezzjoni u l-Immaniġġar tad-Dwejra


Magħluq għal Konsultazzjoni Pubblika

​Ministry:

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika (MEEC)

​Entity:

Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi

​Published:

03/02/2026

​Running Till:

03/03/2026

​Last Updated:

04/03/2026




1. Informazzjoni ġenerali

Ir-Regolamenti tal-2026 dwar il-Protezzjoni u l-Immaniġġar tad-Dwejra li qed jiġu proposti għandhom l-għan li jissalvagwardjaw l-inħawi ta' Dwejra-Qawra u l-madwar tagħhom billi jipproteġu l-valuri ekoloġiċi, ġeoloġiċi, ġeomorfoloġiċi, tal-pajsaġġ u tal-bijodiversità tagħhom, waqt li jiżguraw l-użu sostenibbli tar-riżorsi.

L-inħawi se jiġu ddikjarati bħala Żona Speċjali ta’ Importanza Ġeoloġika, li tospita karatteristiċi bħall-irdumijiet, strutturi tal-blat, l-inland sea, widien u sikek. Ir-Regolamenti jistabbilixxu formalment il-Kumitat ta’ Tmexxija tad-Dwejra biex jassisti l-ERA fil-ġestjoni u s-superviżjoni ta’ miżuri ta’ konservazzjoni.

Ir-regolamenti jintroduċu restrizzjonijiet fuq attivitajiet ta’ ħsara, inklużi tħaffir, rimi, sfruttar ta’ speċi, off-roading, u control fuq tniġġis tad-dawl u storbju. L-ikkampjar u nirien huma restritti f’ żoni ta’ riskju kbir. ERA se tinforza dawn ir-Regolamenti, bl-assistenza ta’ awtoritajiet oħra relevanti.

 

2. Konsultazzjoni

Skont l-Artikolu 55 tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent (Kap. 549), il-pubbliku huwa mistieden jagħmel sottomissjonijiet lill-ERA bil-kummenti dwar kif u għaliex dawn l-abbozzi ta’ regolamenti jistgħu jiġu emendati.

 

3. Dokumenti

Dwejra Protection and Management Regulations, 2026

 

Regolamenti tal-2026 dwar il-Protezzjoni u l-Immaniġġar tad-Dwejra

 

4. Sottomissjoni tal-kummenti

Kummenti huma mistiedna permezz tal-formola t’ hawn taħt sa mhux aktar tard mit-3 ta’ Marzu 2026.

Apparti minn hekk, ser tiġi organizzata laqgħa ta' konsultazzjoni pubblika online mal-partijiet interessati u mal-pubbliku mill-ERA, nhar it-Tlieta 24 ta’ Frar 2026 mill-16:00 sal-17:30, fejn ser jiġu spjegati dawn l-abbozzi ta’ Regolamenti. Il-preżentazzjoni se tkun segwita minn sessjoni ta’ mistoqsijiet u tweġibiet fejn il-membri tal-pubbliku u l-partijiet interessati jistgħu jagħmlu l-mistoqsijiet tagħhom. Jekk jogħġbok irreġistra l-interess tiegħek li tattendi din is-sessjoni ta’ konsultazzjoni minn din il-ħolqa: https://twa.eraportal.org.mt/TWA/eForms/#/embed/194?allowanonymous=1. Ir-reġistrazzjoni tagħlaq fid-19 ta' Frar 2026. Il-ħolqa tal-laqgħa se tintbagħat lil dawk li jirreġistraw.

 

5. Noti oħra

Nixtiequ ninfurmaw li l-kummenti sottomessi, flimkien mal-identità tal-kontributur, jistgħu jiġu ppubblikati onlajn fi tmiem il-konsultazzjoni pubblika, sakemm il-kontributur ma joġġezzjonax għall-pubblikazzjoni tad-data personali tiegħu/tagħha. F’dan il-każ, il-kontribuzzjoni tista’ tiġi ppubblikata f’forma anonima.

Il-kummenti kollha sottomessi għandhom jiġu kkunsidrati kif xieraq.

Feedback