L-0018-2026

Riforma fl-Appelli, Ġustizzja fl-Ippjanar


Magħluq għal Konsultazzjoni Pubblika

​Ministry:

Ministeru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol (MIPE)

​Entity:

Ministeru Għall-Infrastruttura, L-Ippjanar u x-Xogħol (MIPE)

​Published:

21/07/2026

​Running Till:

18/08/2026

​Last Updated:

19/08/2026




•⁠  ⁠RIFORMA FL-APPELLI, ĠUSTIZZJA FL-IPPJANAR

 

Il-Gvern qed iniedi konsultazzjoni pubblika dwar ir-riforma fil-qafas legali tal-appelli relatati ma’ permessi ta’ żvilupp. L-għan ewlieni ta’ din ir-riforma huwa li jiġi żgurat li l-appell ikun rimedju effettiv fil-prattika, filwaqt li l-proċess kollu jibqa’ wieħed effiċjenti, prevedibbli u mingħajr dewmien mhux ġustifikat.

Il-proposta tintroduċi sospensjoni awtomatika tal-permess meta jiġi preżentat appell, sabiex jiġi evitat li xogħlijiet ikomplu qabel ma tittieħed deċiżjoni finali. Fl-istess ħin, qed jiġu proposti mekkaniżmi ġodda biex il-proċeduri quddiem it-Tribunal u l-Qorti tal-Appell ikunu aktar mgħaġġla, b’termini definiti, notifiki elettroniċi u miżuri amministrattivi li jsaħħu l-effiċjenza tal-proċess.


•⁠  ⁠⁠AQSAM MAGĦNA L-FEHMIET TIEGĦEK

 

Nistednu lill-pubbliku u stakeholders biex jaqsmu l-fehmiet tagħhom dwar il-proposti ppreżentati f’din il-konsultazzjoni pubblika.
 

Din il-Konsultazzjoni Pubblika hija maħruġa mill-Ministeru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol u tibqa’ miftuħa sat-18 ta’ Awwissu 2026.
 

Sottomissjonijiet jistgħu jintbagħtu jittellgħu fuq il-formola hawn taħt.

Feedback