Sfond:
Ir-Rapport ta’ Reviżjoni Strateġika tal-Adegwatezza, is-Sostenibbiltà u s-Solidarjetà tas-Sistema tal-Pensjonijiet ta’ Malta tal-2025 ġie mħejji mill-Grupp għall-Istrateġija dwar il-Pensjonijiet (PSG) bħala parti minn ċiklu statutorju li jseħħ kull ħames snin hekk kif mandat taħt l-Artikolu 64B tal-Att tas-Sigurtà Soċjali, li jobbliga lill-Ministru responsabbli mis-sigurtà soċjali biex jippreżenta rapport ta’ reviżjoni tas-sistema tal-pensjonijiet ta’ Malta sabiex jiġi żgurat li din tkompli tippromwovi l-adegwatezza, is-sostenibbiltà u s-solidarjetà soċjali.
Mill-aħħar reviżjoni strateġika, saru diversi riformi li saħħew l-adegwatezza tal-pensjonijiet, b’riformi aktar riċenti jwasslu għal riżultati aktar pożittivi minn dawk li kienu previsti inizjalment.
Bħalissa, Malta qed tesperjenza bidliet demografiċi sinifikanti li qed jaffettwaw, b’modi differenti, kemm l-impjiegi kif ukoll is-sostenibbiltà tas-sistema tal-pensjonijiet. Ir-reviżjoni tal-2025 tenfasizza numru ta’ oqsma strutturali li jeħtieġu aktar eżami. F’dan il-kuntest il-Grupp għall-Istrateġija dwar il-Pensjonijiet qed iniedi konsultazzjoni pubblika bil-għan li jiġbor il-fehmiet dwar kwistjonijiet ewlenin ta’ politika li se jfasslu d-direzzjoni futura tas-sistema tal-pensjonijiet ta’ Malta. Il-kontribut tal-pubbliku se jkompli jsaħħaħ l-iżvilupp ta’ qafas tal-pensjonijiet biex il-pensjoni jibqa’ reżiljenti, ġust u sensittiv għall-bżonnijiet tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri.
Mistoqsijiet dwar il-Konsultazzjoni:
L-aġġustamenti tal-għoli tal-ħajja għandhom jiġu assesjati mill-ġdid regolarment? U b’liema metodu?
Għandha t-“adegwatezza” titkejjel fuq dħul kollu tal-familja u ċ-ċirkustanzi tal-għajxien?
Għandu jiġi introdott vettur ta’ investiment għad-dħul tal-kontribuzzjonijiet?
Għandhom jitqiesu limiti fuq pagi mhux bażiċi?
L-analiżi ta’ rekords sħaħ ta’ kontribuzzjoni tgħin tindividwa lakuni?
Għandhom jitwessgħu l-inċentivi tat-taxxa għall-pensjonijiet privati?
Bl-introduzzjoni ppjanata ta’ auto-enrolment, kif nista’ niżguraw li tissaħħaħ l-iffaċjar tar-ritirar?
Għandha tingħata aktar attenzjoni lill-impatt tat-trobbija tat-tfal?
Għandha tingħata prijorità lill-armonizzazzjoni tal-pre-62 u post-62 pensionable income?
Il-GNML għandux jingħaqad mal-livell ta’ riskju ta’ faqar?
Għandha titwessa’ d-distinzzjoni bejn rati ta’ GNML għas-singli u miżżewġin?
Għandu jiġi rivedut ir-rekwiżit ta’ 42 sena kontribuzzjoni?
Study credits għandhom jiġu estiżi għal studenti part-time?
Għandu jiġi żviluppat qafas strateġiku fit-tul għal evalwazzjoni kontinwa tal-pensjonijiet?
Il-pubbliku ġenerali huwa mistieden jibgħat il-kummenti tiegħu dwar ir-Rapport ta’ Reviżjoni Strateġika tal-Adegwatezza, is-Sostenibbiltà u s-Solidarjetà tas-Sistema tal-Pensjonijiet ta’ Malta sat-3 ta’ April 2026.
Id-dokument tal-konsultazzjoni pubblika jista’ jiġi aċċessat mill-link t'hawn taħt:
https://familja.gov.mt/wp-content/uploads/2026/01/2025-PensionStrategyGroupReportforPublicConsultation-FINAL.pdf