L-Istrateġija Nazzjonali tas-Sajd għal Malta 2026–2036 ġiet żviluppata fuq numru ta’ snin b’metodoloġija bbażata fuq evidenza li nkludiet analiżi ta’ data kwantitattiva u kwalitatattiva miġbura permezz ta’ prattiċi xjentifiċi, kif ukoll bi proċess wiesgħa ta’ 37 laqgħa ta’ konsultazzjoni mas-sajjieda, segwita b’konsultazzjoni inter-ministerjali ma’ awtoritajiet u entitajiet li jmissu mas-settur tas-sajd.
L-Istrateġija hija ggwidata minn prinċipji bbażati fuq l-evidenza u konformi mal-qafas legali Ewropej, ġustizzja soċjo-ekonomika, il-ħarsien tal-prattiċi tradizzjonali, u involviment kontinwu tal-partijiet interessati.
Dawn il-prinċipji jistabilixxu erba’ Pilastri Strateġiċi:
Attivita u prattiki ta’ sajd sostenibbli,
Tiġdid ġenerazzjonali,
Investimenti favur l-infrastruttura tas-sajd, u
Edukazzjoni u taħriġ.
Taħt dawn l-erba’ pilastri, l-istrateġija tidentifika 20 Għan Strateġiku liema għanijiet jipproponu 86 mizura t’azzjoni fuq perijodu t’10 snin. L-għan ta’ din l-istrateġija hija li tistabilixxi pjan fit-tul biex tissaħħaħ is-sostenibbiltà, ir-reżiljenza u l-vijabbiltà tas-settur tas-sajd f’Malta.
Link:
https://dfa.gov.mt/wp-content/uploads/2026/01/NFS-2026-2036-MT.pdf