Il-pubbliku hu mistieden sabiex jipparteċipa f’kosultazzjoni pubblika dwar Malta's Energy Shift: A Sustainable Power Transition – pjan fit-tul biex tiġi trasformata s-sistema tal-enerġija ta’ Malta f’waħda sostenibbli u jintlaħaq l-għan tan-newtralità klimatika sal-2050.
Id-dokument jispjega kif Malta qed tippjana li tindirizza l-isfidi uniċi tagħha fil-qasam tal-enerġija -- art limitata, il-pożizzjoni tagħha fil-periferija tan-network Ewropew tal-elettriku, u d-dipendenza fuq l-importazzjoni tal-fjuwil -- filwaqt li tilħaq il-miri klimatiċi tal-UE u żżomm l-enerġija affordabbli u affidabbli. L-istrateġija hija mibnija fuq ħames pilastri: l-affordabbiltà, is-sigurtà tal-provvista, is-sostenibbiltà, id-diversifikazzjoni, u approċċ iċċentrat fuq il-konsumatur.
Fost l investimenti imsemmijijn biex isseħħ it-tranżizzjoni sostenibbli fil-provvista tal-elettriku hemm l-espansjoni tal-enerġija rinnovabbli, investimenti kbar fl-infrastruttura bħat-tieni u t-tielet interconnector tal-elettriku u sistemi ta’ ħażna tal-enerġija b’batteriji fuq skala kbira, l-iżvilupp tal-offshore wind, impjantili joffru kapaċita ta’ riserva indiġena, pipeline kompatibbli mal-idroġenu, kooperazzjoni mal-Afrika ta’ Fuq, żieda fl-użu ta’ batteriji domestiċi, kif ukoll l-espansjoni tan-network tad-distribuzzjoni flimkien ma’ miżuri biex jipproteġu lill-konsumaturi u jippermettu parteċipazzjoni attiva fis-suq tal-enerġija.
Il-membri tal-pubbliku, in-negozji, u l-partijiet ikkonċernati huma mħeġġa jaqraw id-dokument u jibagħtu l-kummenti tagħhom.
Id-dokument jista' jiġi aċċessat minn https://sustainability.gov.mt/wp-content/uploads/2026/04/Maltas-Energy-Shift-Document.pdf