Sfond:
L-Istrateġija Nazzjonali dwar il-Kapaċità Finanzjarja 2026–2031 tistabbilixxi l-viżjoni fit-tul ta’ Malta biex issaħħaħ il-kapaċità finanzjarja u tgħin lin-nies jieħdu deċiżjonijiet finanzjarji infurmati tul il-ħajja. L-Istrateġija tippromwovi approċċ nazzjonali koordinat li jinvolvi lill-Gvern, ir-regolaturi, l-edukazzjoni, min iħaddem, l-istituzzjonijiet finanzjarji u s-soċjetà ċivili.
Fid-dawl tal-isfidi finanzjarji li qed jinbidlu, l-Istrateġija tidentifika prijoritajiet biex tissaħħaħ ir-reżiljenza finanzjarja, jitjieb l-aċċess għal informazzjoni u appoġġ affidabbli, u tissaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn is-setturi.
Permezz ta’ din il-konsultazzjoni pubblika, il-Ministeru qed jistieden lill-pubbliku u lill-partijiet interessati biex jagħtu l-fehmiet tagħhom, li se jgħinu fit-tfassil tal-verżjoni finali tal-Istrateġija u l-implimentazzjoni tagħha.
Mistoqsijiet dwar il-Konsultazzjoni
Taqbel li l-viżjoni u l-objettivi tal-Istrateġija Nazzjonali għall-Kapaċità Finanzjarja jipprovdu d-direzzjoni t-tajba biex tittejjeb il-kapaċità finanzjarja f'Malta?
Taħseb li il-prijoritajiet strateġiċi jindirizzaw b'mod adegwat il-ħtiġijiet ewlenin attwali u futuri ta' Malta fir-rigward tal-kapaċità finanzjarja?
Taħseb li l-miżuri proposti huma biżżejjed biex ikunu ta’ sostenn għall-edukazzjoni finanzjarja tul il-ħajja, itejbu l-aċċess għal gwida affidabbli u jsaħħu r-reżiljenza finanzjarja fost gruppi differenti tal-popolazzjoni?
Hemm xi gruppi li jeħtieġu appoġġ addizzjonali?
Liema azzjonijiet għandhom jingħataw prijorità matul il-fażi tal-implimentazzjoni?
Għandek xi azzjonijiet, kummenti jew rakkomandazzjonijiet addizzjonali?
Il-pubbliku ġenerali huwa mistieden jibgħat il-kummenti tiegħu dwar l-Istrateġija Nazzjonali għall-Kapaċita' Finanzjarja sal-15 t'Ottubru 2026.
Id-dokument tal-konsultazzjoni pubblika jista’ jiġi aċċessat mill-link t'hawn taħt:
Strategija_Nazzjonali_dwar_Kapacita_Finanzjarja_2026-2031_MT.pdf