NL-0031-2026

Konsultazjoni Pubblika dwar Buyers' Charter


Miftuħa

​Ministry:

Ministeru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet (MAL)

​Entity:

Ministeru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet (MAL)

​Published:

02/09/2026

​Running Till:

02/11/2026

​Last Updated:

02/09/2026




Konsultazzjoni Pubblika dwar Buyers’ Charter

 

Fl-2025, l-Awtorità tad-Djar ippubblikat il-Gwida għax-Xerrejja għall-Ewwel Darba jew aħjar first time buyers’ guide(FTB), li tipprovdi informazzjoni prattika, pass pass, dwar il-proċess tax-xiri ta’ dar. Din ġiet ikkumplimentata bit-tnedija ta’ portal online, firsthome.mt , li jiġi aġġornat regolarment b’informazzjoni dwar skemi, inizjattivi u bidliet regolatorji ġodda.

 

Il-proposta ta’ Buyers’ Charter tibni fuq din il-bażi filwaqt li għandha għan usa’. Hija tistabbilixxi l-prinċipji, l-istandards u l-aspettattivi li għandhom iservu bħala l-bażi għat-tranżazzjonijiet ta’ proprjetà residenzjali. Il-Buyers’ Charter se tapplika għax-xerrejja kollha ta’ proprjetà residenzjali, filwaqt li tirrikonoxxi li n-nies jidħlu fis-suq tal-proprjetà fi stadji differenti ta’ ħajjithom u għal raġunijiet differenti.

 

Id-dokument għandu l-għan li jsir referenza ta’ prattika tajba fis-suq tal-proprjetà residenzjali f’Malta u matul il-proċess kollu tax-xiri ta’ dar. Il-Buyer’s Charter ser ikun qiegħed jipprovdi gwida utli dwar prattiċi tajbin, żbalji komuni u kwistjonijiet li x-xerrejja għandhom ikunu konxji tagħhom, biex tgħinhom jieħdu deċiżjonijiet għaqlija u jgħaddu mill-proċess tax-xiri b’aktar kunfidenza.

 

Il-pubbliku huwa mistieden jissottometti kummenti u feedback bil-miktub dwar il-qafas propost sa mhux aktar tard mit-2 ta’ Novembru 2026.

 

 

Ħolqa għad-dokument tal-Konsultazzjoni Pubblika: 

https://akkomodazzjoni.gov.mt/wp-content/uploads/2026/09/Consultation-Document-Buyers-Charter-rev-2-MLT-.pdf 

Feedback