Din il-paġna (flimkien mad-dokumenti msemmija fiha) tipprovdi t-termini u l-kundizzjonijiet abbażi ta' liema inti tista' tagħmel użu minn dan is-sit, kemm bħala viżitatur kif ukoll bħala utent reġistrat. Jekk jogħġbok, aqra dawn it-termini u kundizzjonijiet ta' użu b'attenzjoni qabel ma tibda tuża dan is-sit. Meta inti tuża dan is-sit, dak ikun jindika li inti taċċetta u taqbel li timxi ma' dawn it-termini u kundizzjonijiet ta' użu. Jekk ma taqbilx ma' dawn it-termini u kundizzjonijiet ta' użu, jekk jogħġbok, ieqaf milli tuża dan is-sit.
AĊĊESS GĦAS-SIT
L-aċċess għal dan is-sit huwa permess fuq bażi temporanja, u aħna nirriżervaw id-dritt li nirtiraw jew nemendaw l-informazzjoni u/jew is-servizzi li nipprovdu fuq is-sit mingħajr avviż (ara hawn taħt).
Aħna nagħmlu kull sforz raġonevoli biex niżguraw li s-sit ikun disponibbli 24 siegħa, 7 ijiem fil-ġimgħa. Madankollu, ma nkunux responsabbli jekk għal kwalunkwe raġuni s-sit ma jkunx disponibbli f'xi ħin jew għal xi perjodu.
Minn żmien għall-ieħor, nistgħu nillimitaw l-aċċess għal xi partijiet tas-sit, jew is-sit kollu, għall-utenti li kienu rreġistraw.
Jekk tagħżel, jew tiġi provdut b'kodiċi ta' identifikazzjoni tal-utent, password, jew informazzjoni oħra bħala parti mill-proċeduri tas-sigurtà tagħna, din l-informazzjoni għandha tiġi ttrattata b'mod kunfidenzjali, u m'għandekx tiżvelaha lil terzi persuni. Għandna d-dritt li niddiżattivaw kwalunkwe kodiċi jew password ta' identifikazzjoni tal-utent, kemm jekk magħżul minnek jew allokat minna, fi kwalunkwe ħin, jekk fl-opinjoni tagħna tkun inqast milli tikkonforma u timxi mad-dispożizzjonijiet ta' dawn it-termini u kundizzjonijiet ta' użu.
Meta tuża s-sit, għandek toqgħod lura milli tagħmel xi ħaġa elenkata fit-taqsima 'Użu Projbit' ta' dawn it-termini u kundizzjonijiet.
Inti responsabbli li tagħmel l-arranġamenti kollha meħtieġa għalik biex ikollok aċċess għal dan is-sit. Inti responsabbli ukoll biex tiżgura li l-persuni kollha li jaċċessaw dan is-sit permezz tal-konnessjoni tal-internet tiegħek, ikunu konxji ta' dawn it-termini u kundizzjonijiet, u li jkunu konformi magħhom.
UŻU TAS-SIT
Dawn it-termini u kundizzjonijiet jirregolaw l-aċċess għall-informazzjoni li tinsab fuq is-sit u s-servizzi relatati, b'mod partikolari notifiki tas-sit, u kummenti mtella' fuqu, u/jew l-użu tas-sit bl-iskop li jintbagħtu formoli ta' applikazzjoni disponibbli fuq is-siti tal-ministeri, dipartimenti jew entitajiet oħra fi ħdan il-Gvern ta' Malta.
Notifiki u kummenti awtomatiċi:
Dan is-sit jista' joffri s-servizz ta' notifika awtomatika dwar aġġornamenti ta' informazzjoni fl-istess sit. Din il-funzjoni ta' notifiki tippermetti lill-utenti jagħżlu dak li jridu li jiġu notifikati fuqu u meta jiġu notifikati, dwar tibdil fl-informazzjoni. In-notifiki jintbagħtu permezz tal-indirizz elettroniku pprovdut mill-utent.
Dan is-sit jista' joffri ukoll spazju għal kummenti biex tipprovdi interazzjoni bejn l-utenti u sid is-sit. Dan l-ispazju jagħti opportunità lill-utenti li jintervjenu u jipparteċipaw fid-diskussjonijiet relatati mal-informazzjoni li tinsab fuq is-sit. Fil-każ li jintuża dan l-ispazju, nirriżervaw id-dritt li nneħħu kummenti li:
- ikun fihom lingwa abbużiva, oxxena, indiċenti jew offensiva, jew li jkollu rabta ma' materjal oxxen jew offensiv;
- jekk ikun fih kliem ħażin jew xorta oħra ta' profanità
- ma jkollhomx x'jaqsmu mat-tema tal-konverżazzjoni, jew mhumiex rilevanti mas-suġġett li jkun hemm fuq il-paġna;
- jekk tinkludi lingwa abbużiva lejn individwu involut fil-paġna, organizzazzjonijiet oħra jew l-amministratur tal-paġna;
- jekk tikkostitwixxi spam jew tippromovi jew tirreklama prodotti, ħlief fejn tali promozzjoni tkun għal avveniment, pubblikazzjoni jew oġġett simili li għandu rilevanza diretta mas-suġġett tad-diskussjoni. Informazzjoni dwar suġġetti rilevanti u qsim ta' għarfien, anki minn esperti, huwa mħeġġeġ, basta fi ħdan id-diskussjoni speċifika;
- jekk huma mfassla biex joħolqu inkonvenjent lill-amministratur tal-paġna jew lil utenti oħra.
Aħna nirriżervaw id-dritt li nneħħu l-ispazju tal-kummenti fi kwalunkwe ħin mingħajr avviż.
In-notifiki mibgħuta b'mod awtomatiku u l-ispazju tal-kummenti huma disponibbli għall-utenti li għandhom Identità Elettronika Maltija (e-ID). Għal aktar informazzjoni dwar l-e-ID, tista' żżur: www.servizz.gov.mt
Tranżazzjonijiet online permezz ta' formoli elettroniċi:
Tista' tawtentika mas-sit tal-e-Forms permezz ta' e-ID, jew billi tirreġistra fuq is-sit tal-e-Forms jekk tuża l-kont tal-e-mail tiegħek. Jekk inti eliġibbli biex tapplika għal e-ID, ma tistax tirreġistra fuq is-sit tal-e-Forms bil-kont tal-e-mail tiegħek.
Ladarba tirreġistra, se tirċievi notifika bil-posta elettronika li turik li r-reġistrazzjoni tiegħek fis-sit tal-e-Forms ġiet aċċettata u li inti tkun tista' tidħol fis-sit billi tuża l-kredenzjali tiegħek. Bħala utent reġistrat tkun tista' tuża s-servizzi li ġejjin:
- timla formoli online (minn hawn 'il quddiem imsejħa 'e-Forms');
- taffettwa l-ħlasijiet għall-e-Forms rispettivi;
- tehmeż id-dokumenti meħtieġa mal-e-Forms rilevanti qabel ma tibgħathom;
- tiffirma dokumenti u e-Forms;
- tissottometti e-Forms;
- tintraċċa l-e-Forms sottomessi;
- tirċievi notifiki rigward l-e-Forms sottomessi;
- tara l-istorja tal-e-Forms sottomessi;
- Tuża mekkaniżmi ta' gwida u għajnuna fil-formoli;
L-utenti reġistrati huma mitluba li jaqraw sew it-termini u l-kundizzjonijiet li jirregolaw it-tranżazzjonijiet tal-e-Forms qabel jissottomettu l-istess e-Forms. Dawn it-termini huma provduti hawn.
UŻU TA' APPS TAL-GVERN FUQ IL-MOWBAJL
'App fuq il-mowbajl' tfisser is-software application ipprovduta mill-Gvern ta' Malta ('Aħna/Tagħna') li tippermetti l-aċċess għas-servizzi tal-Gvern fuq apparat tal-mowbajl, inkluż kwalunkwe software jew dokument ta' terza parti li jippermetti l-użu tas-software application u kwalunkwe aġġornamenti disponibbli minn żmien għal żmien.
Il-Gvern ta' Malta qiegħed preżentement jagħti lill-Utent ('Int / Tiegħek') liċenzja mhux esklussiva, mhux trasferibbli, ħielsa mid-drittijiet, u revokabbli, biex tuża l-App tal-mowbajl għall-użu personali tiegħek, skont dawn it-termini u kundizzjonijiet u skont ir-regoli jew proċeduri applikati minn kwalunkwe fornitur jew operatur tal-Appstore mis-sit li minnu tniżżlet l-App tal-mowbajl ('Appstore').
Kull trademark, drittijiet tal-awtur, drittijiet tad-database u drittijiet oħra ta' proprjetà intellettwali ta' kwalunkwe natura fl-App tal-mowbajl, flimkien mal-bażi tas-software code, huma proprjetà diretta tagħna jew tal-liċenzjaturi tagħna. Aħna ma nbigħux l-App tal-mowbajl lilek. Aħna nibqgħu lis-sidien tal-App tal-mowbajl f'kull ħin.
L-App tal-mowbajl bħalissa hija disponibbli lilek mingħajr ħlas. Tista' tagħmel użu mill-App tal-mowbajl sabiex tipprovdi s-servizzi tiegħek imma m'għandekx tbigħ mill-ġdid jew tqassam mill-ġdid l-App għall-profitt. Aħna nirriżervaw id-dritt li nemendaw jew nirtiraw l-App tal-mowbajl jew nitolbu kumpens għall-App tal-mowbajl jew is-servizz ipprovdut lilek, fi kwalunkwe ħin u għal kwalunkwe raġuni.
Kwalunkwe infromazzjoni li qed tintuża mill-App tkun suġġetta għat-termini u l-kundizzjonijiet speċifiċi li jirregolaw l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku.
Jekk m'intix il-persuna responsabbli li tħallas il-kont għall-mowbajl li qed jintuża biex taċċessa l-App, inti tkun preżunt li ngħatajt permess biex tuża l-App mingħand min iħallas il-kont. Int tirrikonoxxi, u għandek tiżgura li min iħallas il-kont jirrikonoxxi, li t-termini tal-ftehim mal-fornitur rispettiv tan-network tal-mowbajl tagħhom ('Fornitur tan-network') se jkomplu japplikaw meta jużaw l-App. B'riżultat ta' dan, min iħallas il-kont jista' jiġi ċċarġjat mill-Fornitur tan-network għal aċċess għal servizzi ta' konnessjoni tan-network għat-tul tal-konnessjoni waqt li jkun qed jaċċessa l-App, jew għal kwalunkwe ħlas dovut lil terza parti li jista' jkun hemm. Inti taqbel, u għandek tiżgura li min iħallas il-kont, jaqbel, u jaċċetta r-responsabbiltà għal kwalunkwe ħlas bħal dan.
Kwalunkwe (a) attentat biex tikkopja, tirriproduċi, tbiddel, timmodifika, tikkonverti l-kodiċi ta' sors, tagħmel reverse engineering, iżżarma, tittrasferixxi, tibdel jew tittraduċi l-App jew (b) toħloq xogħlijiet derivattivi tal-App ta' kwalunkwe tip, għandha tkun strettament ipprojbita.
Għandna nużaw kwalunkwe sforz raġonevoli sabiex l-App tkun kompletament funzjonali a) fejn dan ikun teknikament affidabbli u b) fuq apparat (i) li huwa kkunsidrat mainstream; (ii) li jkollhom sistema operattiva mainstream; (iii) li s-software stack ikun ikkonfigurat kif appoġġjat mill-bejjiegħ oriġinali tal-apparat; (iv) li s-sistema operattiva tkun patched bl-aħħar aġġornamenti.
Il-verżjoni tal-App tista' tiġi aġġornata minn żmien għal żmien biex tkun tiflaħ għal funzjonijiet u servizzi ġodda.
Aħna ma naċċettaw l-ebda responsabbiltà ta' kwalunkwe tip, għan-nuqqas ta' disponibbiltà tal-App jew għal kwalunkwe diffikultà jew inkapaċità li tniżżel jew taċċessa l-kontenut minħabba atti jew ommissjonijiet tal-Appstore jew falliment ieħor tas-sistema ta' komunikazzjoni li jista' jirriżulta f'li l-App ma tkunx disponibbli.
Int tirrikonoxxi li l-App tal-mowbajl tista' tiġi affettwata minn fatturi li huma lil hinn mill-kontroll tagħna inkluż, iżda mhux limitat għal, l-internet u l-mobile networks li għandhom impatt dirett fuq id-disponibbiltà tal-App u l-kwalità tal-esperjenza tal-utent.
Minn żmien għal żmien aġġornamenti għall-App jistgħu jinħarġu fl-Appstore. Skont xi jkun l-aġġornament, jista' jkun li inti ma tkunx tista' tuża l-App qabel ma tkun niżżilt jew għamilt streaming tal-aħħar verżjoni tal-App u aċċettajt kwalunkwe termini ġodda.
Aħna nistgħu ntemmu l-użu tal-App fi kwalunkwe ħin billi nagħtuk avviż ta' terminazzjoni minn qabel. Ma' kwalunkwe terminazzjoni: (a) id-drittijiet u l-liċenzji mogħtija lilek hawnhekk għandhom jintemmu; (b) Int trid twaqqaf kull użu tal-App.
Mingħajr preġudizzju għat-termini l-oħra dwar il-limitazzjoni tar-responsabbiltà u ċ-ċaħda tal-garanziji stipulati fihom, aħna m'aħniex responsabbli lejk għal kwalunkwe ħsara jew alterazzjoni fit-tagħmir tiegħek, inkluż iżda mhux limitat għal, tagħmir tal-kompjuter, apparat handheld jew telephones ċellulari bħala riżultat tal-installazzjoni jew l-użu tal-App.
M'għandniex inkunu responsabbli f'każ ta' xi ħsarat tekniċi li jseħħu waqt l-użu tal-App li jirriżultaw meta tniżżel applikazzjonijiet oħra, xi ħsarat tekniċi, użu ħażin tat-tagħmir tiegħek, ħajja tal-batterija, kwistjonijiet ta' konnettività jew kwalunkwe fattur ieħor li jista' jinqala' u li huma lil hinn mill-kontroll tagħna
UŻU PROJBIT
Tista' tuża s-sit għal skopijiet legali biss. Ma tistax tuża s-sit:
- Għal kwalunkwe mod li tikser xi liġi jew regolament applikabbli
- Għal kwalunkwe mod illegali jew qarrieqi, jew li għandu xi skop jew effett illegali, jew frodulenti
- B'mod li jista' jikser id-drittijiet tagħna jew id-drittijiet ta' terzi persuni
- Biex tippubblika, tittrażmetti jew ixxerred informazzjoni fuq jew permezz tas-sit, li hija oxxena, difamatorja jew biex tagħmel ħsara
- Biex tikseb jew tipprova tikseb aċċess mhux awtorizzat għas-sit
- Biex tbiddel jew tfixkel is-sit, jew tbiddel id-dehra tas-sit, b'xi mod
- Biex b'mod konxju, tittrażmetti informazzjoni jew ittella' jew tibgħat xi materjal, li fih viruses, trojan horses, worms, time-bombs, keystroke loggers, spyware, adware jew kwalunkwe programm ieħor li jista' jagħmel ħsara, jew computer codes simili, maħsuba biex jaffettwaw ħażin l-operat tas-software jew hardware tal-kompjuter
- Isir tentattiv biex tikseb aċċess mhux awtorizzat għal kwalunkwe parti jew karatteristika tas-servizzi, jew xi sistemi jew networks oħra konnessi mas-servizzi, jew ma' kwalunkwe server tal-Gvern ta' Malta, jew għal kwalunkwe servizz offrut fuq jew permezz tas-sit, permezz ta' hacking, serq ta' password, jew kwalunkwe mezz illeġittimu ieħor
- Biex tfittex, tiskennja jew tittestja l-vulnerabbiltà tas-sit, inklużi s-servizzi jew kwalunkwe network konness mas-sit, jew biex tikser il-miżuri ta' sigurtà jew ta' awtentikazzjoni fuq is-sit, inklużi s-servizzi jew kwalunkwe network konness mas-sit, inklużi s-servizzi
- Biex tagħmel reverse look-up, jew tfittex sors ta' kwalunkwe informazzjoni fuq utent ieħor jew viżitatur tas-sit, jew xi klijent ieħor tal-Gvern ta' Malta, inkluż kontijiet tas-servizz li mhumiex proprjetà tiegħek, jew li tisfrutta s-sit, kull servizz jew informazzjoni magħmula disponibbli jew offruta minn, jew permezz tas-sit, bi kwalunkwe mod fejn l-iskop huwa li tiżvela xi informazzjoni, inkluż iżda mhux limitata għal identifikazzjoni jew informazzjoni personali, għajr l-informazzjoni tiegħek stess, kif provdut mis-sit jew xi servizz ipprovdut permezz tas-sit
- Biex tiffalsifika headers jew timmanipula l-identifikaturi biex taħbi l-oriġini ta' kwalunkwe messaġġ jew trażmissjoni li tibgħat lill-Gvern ta' Malta fuq, jew permezz, tas-sit jew kwalunkwe servizz offrut fuq, jew permezz, tas-sit. Ma tistax tippretendi li int, jew li tirrappreżenta lil xi ħaddieħor, jew li tieħu post xi persuna jew entità oħra, sakemm ma tkunx awtorizzat.
Aħna nirriżervaw id-dritt li niżvelaw l-informazzjoni personali tiegħek lil kwalunkwe awtorità tal-infurzar tal-liġi hekk kompetenti, f'każ ta' ksur tal-paragrafu preċedenti.
Inti taqbel ukoll:
Li ma tirriproduċix, tidduplikax, tikkopjax jew tbigħx mill-ġdid kwalunkwe parti tas-sit, bi ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dawn it-termini u kundizzjonijiet.
Li ma taċċessax mingħajr awtorizzazzjoni, tfixkel jew tagħmel ħsara:
(i) fi kwalunkwe parti tas-sit;
(ii) fi kwalunkwe tagħmir jew network li hemm maħżuna fis-sit
(iii) kwalunkwe software użat fil-provvista tas-sit; jew
(iv) fi kwalunkwe tagħmir jew network jew software li jkollu, jew jintuża minn, terza persuna.
Li ma tużax kwalunkwe 'page-scrape', 'robot', 'spider' jew apparat, programm, algoritmu jew metodoloġija oħra awtomatika, jew kwalunkwe proċess manwali simili jew ekwivalenti, sabiex taċċessa, tikseb, tikkopja jew timmonitorja kwalunkwe parti tas-servizzi jew kontenut ipprovdut permezz tas-sit, jew bi kwalunkwe mod ieħor tirriproduċi jew tevadi l-istruttura tan-navigazzjoni jew preżentazzjoni tas-servizzi jew ta' kwalunkwe kontenut, sabiex tikseb jew tipprova tikseb kwalunkwe materjali, dokumenti jew informazzjoni permezz ta' mezzi li mhumiex ipprovduti apposta mis-sit għal dan il-għan. Aħna nirriżervaw id-dritt li nwaqqfu kwalunkwe attività ta' dan it-tip.
Li ma tiħux azzjoni li timponi tagħbija mhux raġjonevoli jew li tkun sproporzjonatament kbira fuq l-infrastruttura tas-sit, jew fuq is-sistemi jew networks konnessi mas-sit.
Li ma tużax apparat, software jew rutina li tinterferixxi jew tipprova tinterferixxi mal-modus operandi tas-sit jew kwalunkwe tranżazzjoni li tkun qed issir fuq is-sit ma' kwalunkwe persuna jew entità oħra.
LINKS GĦAL SITI OĦRA
Fejn is-sit fih links għal siti u riżorsi pprovduti minn terza parti, dawn il-links huma pprovduti għall-informazzjoni tiegħek biss. M'għandna l-ebda kontroll fuq il-kontenut u r-riżorsi ta' dawk is-siti, u ma naċċettaw l-ebda responsabbiltà għalihom jew għal kwalunkwe dannu li jista' jiġi kkawżat meta inti tużahom.
LINKS GĦAL DAN IS-SIT
Int tista' tillinkja dan is-sit, sakemm tagħmel dan b'mod li jkun ġust u legali u li ma jagħmilx ħsara lir-reputazzjoni tagħna jew jieħu vantaġġ minnha. Madanakollu, int m'għandekx tistabbilixxi link b'tali mod li jissuġġerixxi xi forma ta' assoċjazzjoni jew approvazzjoni min-naħa tagħna fejn dan ma jkunx minnu. Aħna nirriżervaw id-dritt li nirtiraw il-permess ta' linking mingħajr avviż.
Dan is-sit ma jistax jiġi framed fuq kwalunkwe sit ieħor.
DRITTIJIET TA' PROPRJETÀ INTELLETWALI
Aħna l-proprjetarji jew il-liċenzjarji tad-drittijiet kollha tal-proprjetà intellettwali fis-sit, u tal-materjal ippubblikat fiha. Dawn huma protetti permezz ta' liġijiet ta' copyright u trattati dinjin. Id-drittijiet kollha huma riżervati.
Int tista' tistampa kopji u tniżżel estratti, ta' kwalunke paġna/i mis-sit għar-referenza personali tiegħek u tista' tiġbed l-attenzjoni ta' oħrajn fi ħdan l-organizzazzjoni tiegħek għall-materjal li jinsab fuq is-sit.
Int bl-ebda mod ma tista' timmodifika l-kopji kemm diġitali u anke fiżiċi, ta' kwalunkwe materjal li tkun stampajt jew niżżilt, u ma tistax tuża kwalunkwe illustrazzjonijiet, ritratti, filmati jew sekwenzi tal-awdjo jew grafika, separatament mill-kitba li takkompanjahom.
Jekk inti tistampa, tikkopja jew tniżżel kwalunkwe parti tas-sit bi ksur ta' dawn it-termini u kundizzjonijiet ta' użu, id-dritt tiegħek li tuża s-sit jieqaf immedjatament u jkun jeħtieġlek, fid-diskrezzjoni tagħna, li tirritorna jew teqred kwalunkwe kopji ta' materjali li tkun għamilt.
DIPENDENZA TA' INFORMAZZJONI MTELLGĦA FUQ IS-SIT