Hu liema hu l-mezz li tixtieq tuża biex tivvjaġġa lejn u madwar Malta, hawnhekk tinsab fil-post it-tajjeb biex issib l-informazzjoni kollha li jista’ jkollok bżonn.
Forsi ddeċidejt li tikri karozza u ssuq f’Malta għall-ewwel darba jew beħsiebek tiskopri l-pajsaġġ Malti bir-rota. Inkella jista’ jagħti l-każ li se tiġi bil-jet privat tiegħek ... jew forsi tixtieq issir bdot. Jew trid tirreġistra d-dgħajsa tiegħek jew torbot il-yacht tiegħek f’xi wieħed mill-portijiet f’Malta u Għawdex.
Hu x’inhu l-każ tiegħek, kompli aqra biex tiskopri l-passi sempliċi li għandek tagħmel biex ikollok il-vettura f’Malta.